Ftehim fil-qrib għall-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala

Wara li xbajna nisimgħu u naqraw li Dybala talab lil Juventus paga ta’ 15-il miljun fis-sena (u kien hemm anki min kiteb li ried 20 miljun!), l-affarijiet jidhru li issa nbidlu sew. Tuttosport qed tirraporta li Juventus għaddejjin b’kuntatti telefoniċi mal-aġent ta’ Dybala biex jinstab ftehim għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Dybala qed jitlob paga ta’ 10 miljun, somma li Juventus jiggarantulu basta tkun parti fissa u parti oħra li tikkonsisti f’bonuses. Min-naħa tiegħu, Dybala qed jitlob 10 miljuni netti f’idejh. Id-distanza ma tidhirx li hi kbira u għaldaqstant hu probabbli li daqt jinstab ftehim.

Matthew Scerri

Jonqos biss il-passaport

Kollox lest barra l-passaport. Juventus għandhom ftehim ma’ Suarez u jidher li anki Barcellona se jkunu ikkuntentati b’somma żgħira ta’ flus. Skont Sky kollox jinsab lest għal dat-trasferiment, apparti ovvjament il-passaport. Suarez talab li jinħariġlu l-passaport biss s’issa għadu mhuwiex magħruf jekk dal-passaport huwiex se jilħaq joħroġ sal-5 ta’ Ottubru meta jagħlaq is-suq tat-trasferiment. Kif konna spjegajna bla passaport Taljan, Juventus ma jistgħux jirreġistraw lil Suarez. Hu għalhekk li l-Bianconeri għadhom ma qatgħux il-kuntatti ma’ Dzeko u Cavani biex f’każ li ma jilħaqx joħroġ il-passaport ta’ Suarez, Juventus ikollhom f’idejhom attakkant ieħor lest.

Matthew Scerri

X’kiteb Chiellini fuq Instagram wara l-partita li lagħab mat-tim nazzjonali

Konfermata l-gravità tal-injury ta’ Zaniolo. Għandu sitt xhur barra

Sfortunatament waslet il-konferma li l-injury ta’ Zaniolo hu tassew gravi. Hu qaċċat il-legament ta’ irkoptu (mhux l-istess waħda operata f’Jannar li għadda) u għada se ssirlu operazzjoni tal-cruciate. Bħal dejjem, f’każijiet bħal dawn, Zaniolo se jibqa’ barra madwar sitt xhur. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (8 ta’ Settembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-8 ta’ Settembru 2020.

Raiola għandu ftehim ma’ Juventus għal Donnarumma?

Donnarumma jista’ jsir il-gowler ta’ Juventus mis-sajf 2021 meta jintemmlu l-kuntratt ma’ Milan. Skont Sportitalia Raiola qed jilgħab għaż-żmien u s’issa għadu ma jistax isib ftehim ma’ Milan għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Probabbli li qed jagħmel hekk għax għandu ftehim ma’ Juventus. Il-Bianconeri lesti jagħtu paga ta’ 10 miljuni fis-sena lil Donnarumma, kif ukoll commission ta’ 15-il miljun lil Raiola nnifsu.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Bucosse b’self ma’ Juventus

Juventus ħabbru li kisbu b’self għal sena lil gowler ta’ 17-il sena, Matteo Bucosse. Hu ġie mit-tim ta’ Tolentino u se jkun qed jifforma parti dis-sena mit-tim Under 23 ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Injury ieħor għal Zaniolo

Ix-xorti ma tridx tidħak lil Nicolò Zaniolo. Fil-fatt hu kellu jabbanduna l-grawnd kontra l-Olanda minħabba problema f’irkoptu. It-tobba tal-istaff mediku tat-tim nazzjonali huma mħassba u hemm il-biża’ li l-injury hu gravi. Tajjeb ngħidu li l-injury li sofra mhuwiex fl-istess irkoppa li kienet ġiet operata f’Jannar li għadda. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr!

Matthew Scerri

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Olanda-Italja 0-1

Ħu Higuain jinsab Turin biex isib ftehim ma’ Juventus

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Nicolas Higuain wasal Turin u skont Calciomercato.com f’dawn il-jiem hu kellu u se jkollu numru ta’ laqgħat ma’ Juventus. L-iskop hu li jinstab ftehim definittiv sabiex jintemm il-kuntratt ta’ Gonzalo Higuain. L-intenzjoni tal-partijiet hu li jinstab ftehim u għaldaqstant jaf ikollna żviluppi ma jdumx.

Matthew Scerri