Paratici jrid lil Rovella ma’ Juventus akkost ta’ kollox

Juventus huma interessati li jiksbu lill-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Genoa, Nicolò Rovella. Paratici jridu b’saħħa u offrilu kuntratt hekk kif dis-sena jintemmlu l-kuntratt li għandu ma’ Genoa. Skont Calciomercato.com, Juventus tant iriduh u lesti jiftħu negozjati ma’ Genoa f’każ li Rovella jagħżel li jiffirma kuntratt ġdid ta’ Preziosi.

Matthew Scerri

Il-premises tal-Club tagħna magħluqin!

Nixtiequ navżaw li l-premises tal-Club tagħna se jkunu magħluqin mid-29 ta’ Ottubru ‘l quddiem. Kif kulħadd jaf daħlu fis-seħħ miżuri ġodda sabiex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 u l-Club tagħna jrid jimxi mad-direttivi tal-Gvern u tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Tifhmu li m’għandniex kontroll fuq din is-sitwazzjoni. Il-Club se jkun qed jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu għalikom malli dawn il-miżuri jitneħħew. Nittamaw li għal Diċembru nkunu nistgħu nilqgħukom mill-ġdid fil-Club tagħna sabiex inkomplu flimkien insegwu l-partiti tat-tim tal-qalb tagħna, kif ukoll insaħħu l-ħbiberija ta’ bejnietna.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (1 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-1 ta’ Novembru 2020.

Kif x’aktarx se jilagħbu Spezia u Juventus

Spezia (4-3-3): Provedel; Ferrer, Terzi, Chabot, Bastoni; Bartolomei, Ricci, Pobega; Agudelo, Nzola, Gyasi.

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Demiral, Bonucci, Danilo; Cuadrado, Arthur, Bentancur, Chiesa; Kulusevski; Dybala, Morata.

Sors: Calciomercato.com

Turin fost l-ibliet li se jkunu milquta minn lockdown ġdid

Il-Gvern Taljan mistenni jħabbar lockdown f’diversi bliet Taljani hekk kif l-pajjiż jinsab mill-ġdid fi kriżi sanitarja qawwija minħabba ż-żieda sostanzjali ta’ każijiet ta’ Covid-19. Skont l-esperti l-Italja riesqa b’pass mgħaġġel lejn xenarju simili għal dak ta’ Marzu/April li għadda u għaldaqstant il-Gvern Taljan, bħalma ġara f’pajjiżi Ewropej oħra, qed jikkunsidra li jerġa’ jagħlaq kollox fl-ibliet l-aktar milquta. Probabbli l-lockdown se jolqot bliet bħal Turin, Milan, Ruma, Napli u Bologna. F’dan l-istadju għadu mhux magħruf l-impatt li l-lockdown jista’ jkollu fuq il-kampjonat tal-futbol tas-Serie A. Jista’ jagħti l-każ li l-futbol għalissa jkompli fl-Italja, għallinqas sakemm l-imxija tal-Covid-19 ma tilħaqx numri tant għolja ta’ persuni infettati li jkollu jieqaf kollox.

Matthew Scerri

Juventus-Napoli. L-appell jinstema’ fid-9 ta’ Novembru

Fid-9 ta’ Novembru se jinstema’ ir-rikors imressaq minn Napoli quddiem il-Qorti tal-Appell dwar is-sentenza tal-Imħallef tal-Isports b’rabta mal-fatti ta’ Juventus-Napoli tal-4 ta’ Ottubru li għadda. Napoli se jkunu qed iressqu d-dokumenti kollha meħtieġa bil-għan li l-Qorti tal-Appell tibdel id-deċiżjoni tal-Imħallef tal-Isports li kien ikkundanna lit-tim ta’ De Laurentis għal telfa walkover u punt imnaqqas fil-klassifika.

Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Spezia

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Spezia huma:

Gowlers:  Szczesny, Pinsoglio, Buffon.

Difensuri: Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral, Frabotta.

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala.

Matthew Scerri

Itterminat il-kuntratt tas-Segretarju Ġenerali ta’ Juventus

Aktar bidliet fi ħdan Juventus F.C. Wara li ftit xhur ilu Marco Re ħalla lil Juventus, issa tħabbar li nstab ftehim ma’ Maurizio Lombardo sabiex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu. Lombardo kellu l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali ta’ Juventus F.C. f’dawn l-aħħar għaxar snin. Hu kien responsabbli, fost l-oħrajn, tal-kuntratti li kienu qed isiru mal-plejers u mal-isponsors. Juventus qed ikomplu għaddejjin b’restructuring tal-istruturi tal-klabb.

Matthew Scerri