L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (21 ta’ Ottubru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-21 ta’ Ottubru 2020.




Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-21 ta’ Ottubru 2020.
Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura għas-sena 1999 meta Juventus għelbu barra minn darhom lil Levski Sofia fit-Tazza Uefa. Kovacevic (2) u Oliseh skurjaw il-gowls Bianconeri fir-rebħa ta’ 1-3.
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Dynamo Kiev-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.
Sors: Juventus.com
L-edizzjoni 2020/21 tal-Uefa Champions League ta’ Juventus bdiet fuq nota pożittiva b’rebħa kontra Dynamo Kiev u b’wirja ferm aħjar minn dak li rajna s’issa. Għal darba Pirlo beda b’tim li ma kienx żbilanċjat u mingħajr ħafna esperimenti żejda għal din il-fażi tal-istaġun. Rajna tim b’iktar grinta u ħeġġa li attakka mill-ewwel minuta. Għal sebgħin minuta l-partita kienet fil-kontroll sħiħ ta’ Juventus li apparti l-gowl ta’ Morata kellhom diversi okkażjonijiet ta’ gowl. Bħalma drajna fl-aħħar sentejn, Juventus fallew ħafna gowls u naqsu milli jagħlqu l-partita. Imbagħad, fl-aħħar għoxrin minuta meta daħlet sew l-għeja fit-tim Juventin, Dynamo tefgħu ftit tal-pressjoni fuq id-difiża Bianconera li baqgħet organizzata u għarfet tirreżisti għall-attakki tal-Ukrajni. It-tim irreżista sakemm finalment Morata sab ix-xibka mill-ġdid għal skor finali ta’ 0-2.
DYNAMO KIEV-JUVENTUS 0-2
Skurja: 2 Morata (J)
Dynamo Kiev (4-3-3): Buschan; Kedziora, Zabarnyi, Mykolenko, Karavaev (Popov); Buyalsky, Sydorchuk, Shaparenko; Tsigankov (Verbic), Supriaga, De Pena (Rodrigues). Kowċ: Lucescu.
Juventus (4-2-3-1): Szczesny; Cuadrado, Bonucci, Chiellini (Demiral), Danilo; Bentancur (Arthur), Rabiot; Kuluseveski (Dybala), Ramsey (Bernardeschi), Chiesa; Morata. Kowċ: Pirlo.
Referee: Hategan (Rom)
Karti sofor: Bentancur (J), Cuadrado (J), Demiral (J)
Matthew Scerri
Idħlu minn dil-ħolqa biex tivvutaw għall-Aqwa Plejer ta’ Dynamo Kiev-Juventus.
https://app.ex.co/stories/jcmvts10/ivvota-g-all-aqwa-plejer-ta-dynamo-kiev-juventus
Dynamo Kiev (4-3-3): Buschan; Kedziora, Zabarnyi, Mykolenko, Karavaev; Buyalski, Sydorchuk, Shaparenko; Tsygankov, Supryaga, De Pena. All. Lucescu
Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Chiesa, Rabiot, Bentancur, Cuadrado; Ramsey; Kulusevski, Morata. All. Pirlo
Chiesa ġie sospiż għal partita waħda fis-Serie A mill-Imħallef tal-Isports wara li tkeċċa kontra Crotone. Hu se jkun qed jitlef il-partita li jmiss.
Barra minn hekk Fabio Paratici ġie mmultat 10,000 Ewro talli fit-43 minuta tat-tieni taqsima qal kliem mhux xieraq fil-konfront tal-uffiċċjali li kienu qed imexxu l-partita.
Matthew Scerri
Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Crotone u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 64% tal-voti, segwit minn Chiesa (10%), filwaqt li fit-tielet post insibu lil Demiral b’6% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.
Matthew Scerri