Il-plejers mgħajta għal Roma-Juventus

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Roma huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon

Difensuri: De Sciglio, Chiellini, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Rugani, Demiral, Frabotta

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Rabiot, Bentancur, Portanova, Kulusevski

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Douglas Costa, Vrioni.

Matthew Scerri

Magħrufa l-ħdax li se jilagħbu għal Roma kontra Juventus

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum Fonseca ħabbar liema se jkun il-ħdax-il plejer ta’ Roma li se jibdew mill-ewwel minuta kontra Juventus. Il-plejers Romanisti huma: Mirante; Santon, Mancini, Ibanez, Kumbulla, Spinazzola, Veretout, Pellegrini, Mkhitaryan , Pedro u Dzeko

Matthew Scerri

Uffiċjali: Pellegrini misluf lil Genoa

Juventus ħabbru llum li Luca Pellegrini ġie misluf lit-tim ta’ Genoa għal sena. Pirlo spjega llum li Juventus ħasbu li kien aħjar għalih li jkun misluf lil tim fejn ikun jista’ jilgħab b’mod regolari u forsi jikseb post mat-tim nazzjonali Taljan għall-Kampjonat Ewropew.

Matthew Scerri

Erba’ timijiet tas-Serie A interessati f’Nicolussi Caviglia

Hans Nicolussi Caviglia x’aktarx se jkun qed iħalli lil Juventus fil-jiem li ġejjin. Fuqu hemm erba’ timijiet tas-Serie A: Parma, Genoa, Sampdoria u Spezia. Skont Calciomercato.com l-ewwel preferenza ta’ Nicolussi Caviglia qed tmur għal Parma. Daqt inkunu nafu fejn verament se jkun qed jilgħab dis-sena.

Matthew Scerri

Twaqqfet l-investigazzjoni b’rabta mal-eżami ta’ Suarez

Il-Procuratore Capo ta’ Perugia ddeċieda li jwaqqaf kull tip ta’ investigazzjoni b’rabta mal-eżami ta’ Luis Suarez. Id-deċiżjoni ttieħdet minħabba li f’iktar minn okkażjoni waħda ħarġet informazzjoni kunfidenzjali b’rabta mal-investigazzjoni li kienet qed issir. Il-Procuratore ordna li ssir inkjesta biex tistabilixxi kienx hemm xi nuqqasijiet f’dan ir-rigward. L-investigazzjoni dwar il-każ ta’ Suarez se tkompli malli tkun garantita r-riservatezza li l-każ jistħoqqlu.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (26 ta’ Settembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Settembru 2020.

Avviż importanti

Il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore jixtieq javża li kull membru li kien irriserva biljett għall-partiti tas-Serie A jew taċ-Champions League li ġew imħassra minħabba l-pandemija tal-Covid 19 issa irċieva l-bilanċ dovut lilu ftit jiem wara li dawn ingħataw lura lill-Club mingħand Juventus.

Il-Kumitat bħal dejjem jixtieq jirringrazzja lil kull membru tal-koperazzjoni tiegħu u tal-fiduċja sħiħa lejn il-Kumitat.

Grazzi

Correa wkoll fil-pjanijiet ta’ Juventus

Skont Tuttomercatoweb Juventus qed jikkunsidraw anki lil Joaquin Correa ta’ Lazio biex ikun ir-raba’ attakkant tagħhom dis-sena. Paratici lest jiftaħ negozjati ma’ Lazio fuq bażi ta’ self bl-obbligu ta’ xiri s-sena ta’ wara.

Matthew Scerri