Tliet miljun subscriber għal Juventus fuq Youtube
Juventus qed ikompli jikkonsolidaw is-saħħa tagħhom fuq is-social media. Illum intlaħqu t-3,000,000 subscriber għaċ-channel tal-klabb fuq Youtube. Illum il-ġurnata Juventus huma mhux biss it-tim l-aktar segwit fuq is-social media, imma saħansitra saru l-aktar kumpanija Taljana popolari fuq il-ħafna siti ta’ social media li nsibu online.
Matthew Scerri
Kif x’aktarx se jilagħbu Ferencvaros u Juventus
Ferencvaros (4-2-3-1): Dibusz; Lovrencsics, Blazic, Kovacevic, Heister; Somalia, Kharatin; Zubkov, Siger, Nguen; Isael.
Juventus (3-4-1-2): Buffon; Danilo, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Arthur, Rabiot, Kulusevski; McKennie; Morata, Ronaldo.
Sors: Sportmediaset
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (4 ta’ Novembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-4 ta’ Novembru 2020.




Id-data probabbli tas-Super Cup Taljana
Il-gazzetta Il Mattino qed tbassar li l-Finali tas-Super Cup Taljana bejn Juventus u Napoli se tintlagħab fl-20 ta’ Jannar. S’issa l-Lega Calcio għadha ma ħabbret xejn dwar is-Super Cup. Li hu żgur hu li dis-sena l-partita mhux se tintlagħab barra l-pajjiż minħabba l-Covid. Probabbli li l-Finali se tintlagħab fl-Olimpico ta’ Ruma jew f’San Siro.
Matthew Scerri
X’qed joffru Juventus lil Sergio Ramos
Juventus u PSG huma deċiżi li jippruvaw jiffirmaw lil Sergio Ramos b’xejn fis-sajf li ġej meta jiskadilu l-kuntratt ma’ Real Madrid. Skont El Chiringuito Tv Juventus u PSG qed joffrulu kuntratt ta’ tliet snin b’paga ta’ 12-il miljun Ewro fis-sena.
Matthew Scerri
Morata se jkun mgħajjat mat-tim nazzjonali sena wara l-aħħar logħba tiegħu
Wara sena Alvaro Morata se jkun qed jirritorna mat-tim nazzjonali Spanjol. Il-kowċ Luis Enrique se jgħajjatlu għall-partiti kontra l-Iżvizzera u l-Ġermanja bejn l-14 u s-17 ta’ Novembru. Minn mindu rritorna ma’ Juvnetus, Morata verament jidher li sab mill-ġdid l-aqwa forma tiegħu tant li skurja erba’ gowls f’sitt partiti (apparti dawk kollha li tħassrulu bil-VAR).
Matthew Scerri

