Dybala mhux se jkun mal-ewwel ħdax kontra Ferencvaros

Paulo Dybala mhux se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Ferencvaros. Wara s-sessjoni taħriġ tal-lum Pirlo stqarr li Dybala jinsab tajjeb biss jeħtieġ ftit tal-mistrieħ wara li lagħab tliet partiti konsekuttivi.

Matthew Scerri

Chiellini rkupra!

Lejlet il-parita kontra Ferencvaros, Giorgio Chiellini ttrenja b’mod regolari mal-bqija ta’ sħabu. Hu rkupra mill-injury tiegħu u ġie mgħajjat minn Pirlo għall-partita kontra l-Ungeriżi. Probabbli li Chiellini se jkun qed jilbda mil-ewwel minuta minflok Demiral li jinsab sospiż.

Matthew Scerri

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Spezia-Juventus

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Spezia u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 66% tal-voti, segwit minn Morata b’18% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Arthur b’9% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (3 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-3 ta’ Novembru 2020.

Ir-riżultati tal-partiti tas-6 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 31 ta’ Ottubru 2020, 3.00 p.m.

Crotone-Atalanta 1-2

Is-Sibt 31 ta’ Ottubru 2020, 6.00 p.m.

Inter-Parma 2-2

Is-Sibt 31 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m.

Bologna-Cagliari 3-2

Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.

Udinese-Milan 1-2

Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Torino-Lazio 3-4

Spezia-Juventus 1-4

Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.

Roma-Fiorentina 2-0

Napoli-Sassuolo 0-2

Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Sampdoria-Genoa 1-1

It-Tnejn 2 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Verona-Benevento 3-1

Matthew Scerri

Sarri mistenni jinħatar kowċ ta’ Fiorentina

Maurizio Sarri jinsab qrib ferm li jinħatar kowċ ta’ Fiorentina. Iachini daqrt jitkeċċa u probabbli li wara l-waqfa ta’ Novembru, Sarri se jkun laħaq xolja l-kuntratt ma’ Juventus u ffirma għal Fiorentina. Sarri, tajjeb infakkru, għex tfulitu f’Figline Valdarno ftit kilometri ‘l bogħod minn Firenze.

Matthew Scerri

Bernardeschi lest jikkunsidra li jitlaq lil Juventus

Federico Bernardeschi jidher li lest jikkunsidra li jitlaq lil Juventus f’Jannar skont IlBianconero.com. Sa ftit tax-xhur ilu hu dejjem irrifjuta kull proposta li waslitlu. Issa jidher li l-affarijiet inbidlu hekk kif l-ewwel wirjiet tiegħu f’dan l-istaġun kienu diżastrużi. Hu jidher li mhux qed igawdi iktar mill-favur tas-supporters u probabbli li anki Pirlo mhuwiex jarah fost l-ewwel għażliet tiegħu. Juventus mill-banda tagħhom iridu jbigħuh minħabba li l-kuntratt tiegħu jintemm fl-2022. Finalment, imbagħad, anki l-aġent Raiola għandu kull interess li jittrasferih ma’ klabb ieħor sabiex ikun jista’ jaqla’ sehmu fuq it-trasferiment.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (2 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-2 ta’ Novembru 2020.