Juventus u Liverpool interessati f’Schuurs

Ajax huma magħrufa għan-numru kbir ta’ talenti żgħażagħ li jtellgħu kull sena. Wieħed minn dawn hu Peer Schuurs, difensur li jidher li jinsab fil-mira ta’ Juventus. Apparti l-Bianconeri, issa hemm anki Liverpool li, skont Mirror, iriduh hekk kif qed ifittxu sostitut għal Virgil Van Dijk.

Matthew Scerri

Chelsea lesti jbigħu lil Emerson Palmieri

Il-gazzetta Daily Express qed tirraporta li Chelsea awtorizzaw lill-aġent ta’ Emerson Palmieri biex jinnegozja ma’ klabbs oħra għal trasferiment possibbli f’Jannar. Juventus, Inter u Napoli huma interessati ħafna fih u jista’ jkun li f’Jannar jippruvaw jiksbu s-servizzi tiegħu.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (2 ta’ Novembru)

Illum qed inwasslulkom filmat antik ta’ konfront tat-Tazza taċ-Champions. Bħal-lum fl-1977 Juventus kienu laqgħu f’darhom lit-tim ta’ Glentoran mill-Irlanda ta’ Fuq. Il-Bianconeri rebħu 5-0 bil-gowls ta’ Virdi (2), Boninsegna, Fanna u Benetti.

Spezia-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Spezia-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Kliem Ronaldo wara l-partita

https://www.youtube.com/watch?v=1nST7TJYg1k

Spezia-Juventus 1-4

Juventus lura għar-rebħ u tliet punti oħra miksuba fil-kampjonat. M’hemmx dubju li, minħabba t-tip ta’ avversarju, konna qed nistennew wirja ferm aħjar mit-tim ta’ Pirlo. Il-Bianconeri għandhom konvalexxenti fis-sens li għadhom fil-proċess li jsolvu l-problemi li hemm fit-tim. Madankollu dir-rebħa kienet fondamentali għal żewġ raġunijiet: (i) ma  ninqatgħux iżżejjed mil-leaders Milan; u (ii) se sservi għall-moral tal-plejers li se jkunu jistgħu jaħdmu b’moħħ iktar trankwill fil-jiem li ġejjin. Pirlo u l-istaff tiegħu għad fadlilhom ħafna x’jaqfdu biex isibu tarf dat-tim. L-attakk hu l-unika ħaġa li verament qed tifunzjona, għajr Dybala li għadu dieħel minn injury twil u allura jeħtieġ iż-żmien biex ikun fl-aqwa tiegħu. Id-difiża għadha miftuħa wisq u qed tbati kontra kulħadd. Nofs il-grawnd, imbagħad, irid ikun ferm aħjar minn dak li kien s’issa. Żgur li hemm iktar kwalità fin-nofs mis-sena li għaddiet, biss s’issa l-midfield mhux jiffunzjona kif għandu jkun.

SPEZIA-JUVENTUS 1-4

Skurjaw: Morata (J), Pogeba (S), 2 Ronaldo (1 pen.) (J), Rabiot (J)

Spezia (4-3-3): Provedel; Ferrer, Terzi (Ismajli), Chabot (Dell’Orco), S. Bastoni; Bartolomei, Ricci, Pobega (Estevez); Verde (Agudelo), Nzola, Farias (Gyasi). Kowċ: Italiano.

Juventus (4-4-2): Buffon; Cuadrado, Demiral, Bonucci (Frabotta), Danilo; Chiesa, Arthur, Bentancur (Rabiot) McKennie (Ramsey); Dybala (Ronaldo), Morata (Kulusevski). Kowċ: Pirlo. 

Referee: Abisso

Karti sofor: Chabot (S), Rabiot (J), Bartolomei (S), Estevez (S).

Matthew Scerri