Itterminat il-kuntratt tas-Segretarju Ġenerali ta’ Juventus

Aktar bidliet fi ħdan Juventus F.C. Wara li ftit xhur ilu Marco Re ħalla lil Juventus, issa tħabbar li nstab ftehim ma’ Maurizio Lombardo sabiex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu. Lombardo kellu l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali ta’ Juventus F.C. f’dawn l-aħħar għaxar snin. Hu kien responsabbli, fost l-oħrajn, tal-kuntratti li kienu qed isiru mal-plejers u mal-isponsors. Juventus qed ikomplu għaddejjin b’restructuring tal-istruturi tal-klabb.

Matthew Scerri

Ronaldo fieq mill-Covid!

Juventus ħabbru li finalment Cristiano Ronaldo m’għadux pożittiv għall-Covid-19. Hu fieq u għaldaqstant nhar il-Ħadd se jkun jista’ jirritorna fl-azzjoni kontra Spezia.

Matthew Scerri

Morata hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Barcellona

Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Barcellona. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 34% tal-voti, segwit minn Szczesny, Danilo u Cuadrado b’19% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Juventus qatt ma għelbu lil Spezia

Nhar il-Ħadd Juventus u Spezia se jkunu qed jiltaqgħu għall-ewwel darba kontra xulxin fil-kampjonat tas-Serie A. It-timijiet kienu avversarji ta’ xulxin sitt darbiet f’konfronti uffiċjali tal-passat. Erba’ minn dawn kienu ntlagħbu fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, filwaqt li ż-żewġ partiti l-oħra kienu tas-Serie B. Interessanti li Juventus qatt ma għelbu lil Spezia f’konfronti uffiċjali. Fil-fatt s’issa kellna 4 partiti li ntemmu f’riżultat ta’ draw, filwaqt li ż-żewġ partiti l-oħra ntrebħu minn Spezia.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Spezia u Juventus

Spezia (4-3-3): Provedel; Ferrer, Terzi, Chabot, Marchizza; Agoume, Pobega, Bartolomei; Agudelo, Nzola, Gyasi.

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Demiral, Chiellini, Danilo; Cuadrado, Arthur, Bentancur, Chiesa; Kulusevski; Morata, Ronaldo.

Sors: Sportmediaset