200 siġra miżrugħa għal kull gowl Juventin

Juventus FC ħabbru inizjattiva ġdida bil-għan li jagħtu sehemhom fil-battalja kontra t-tibdil tal-klima. Fil-fatt Juventus se jibdew jiżirgħu mitejn siġra għal kull gowl li se jibdew jiskurjaw il-plejers Bianconeri. Dan ifisser, ovvjament, li se jkun miżrugħa eluf ta’ siġar kull sena bil-għan li jkun mitigat l-impatt tas-soċjetatjiet moderni fuq l-ambjent u l-klima.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Spezia u Juventus

SPEZIA (4-3-3): Provedel; Ferrer, Terzi, Chabot, S. Bastoni; Bartolomei, Ricci, Pobega; Verde, Nzola, Farias. 

JUVENTUS (4-4-2): Buffon; Cuadrado, Demiral, Bonucci, Danilo; Chiesa, Arthur, Bentancur, McKennie; Dybala, Morata. 

Paratici jrid lil Rovella ma’ Juventus akkost ta’ kollox

Juventus huma interessati li jiksbu lill-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Genoa, Nicolò Rovella. Paratici jridu b’saħħa u offrilu kuntratt hekk kif dis-sena jintemmlu l-kuntratt li għandu ma’ Genoa. Skont Calciomercato.com, Juventus tant iriduh u lesti jiftħu negozjati ma’ Genoa f’każ li Rovella jagħżel li jiffirma kuntratt ġdid ta’ Preziosi.

Matthew Scerri

Il-premises tal-Club tagħna magħluqin!

Nixtiequ navżaw li l-premises tal-Club tagħna se jkunu magħluqin mid-29 ta’ Ottubru ‘l quddiem. Kif kulħadd jaf daħlu fis-seħħ miżuri ġodda sabiex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 u l-Club tagħna jrid jimxi mad-direttivi tal-Gvern u tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Tifhmu li m’għandniex kontroll fuq din is-sitwazzjoni. Il-Club se jkun qed jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu għalikom malli dawn il-miżuri jitneħħew. Nittamaw li għal Diċembru nkunu nistgħu nilqgħukom mill-ġdid fil-Club tagħna sabiex inkomplu flimkien insegwu l-partiti tat-tim tal-qalb tagħna, kif ukoll insaħħu l-ħbiberija ta’ bejnietna.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (1 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-1 ta’ Novembru 2020.

Kif x’aktarx se jilagħbu Spezia u Juventus

Spezia (4-3-3): Provedel; Ferrer, Terzi, Chabot, Bastoni; Bartolomei, Ricci, Pobega; Agudelo, Nzola, Gyasi.

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Demiral, Bonucci, Danilo; Cuadrado, Arthur, Bentancur, Chiesa; Kulusevski; Dybala, Morata.

Sors: Calciomercato.com

Turin fost l-ibliet li se jkunu milquta minn lockdown ġdid

Il-Gvern Taljan mistenni jħabbar lockdown f’diversi bliet Taljani hekk kif l-pajjiż jinsab mill-ġdid fi kriżi sanitarja qawwija minħabba ż-żieda sostanzjali ta’ każijiet ta’ Covid-19. Skont l-esperti l-Italja riesqa b’pass mgħaġġel lejn xenarju simili għal dak ta’ Marzu/April li għadda u għaldaqstant il-Gvern Taljan, bħalma ġara f’pajjiżi Ewropej oħra, qed jikkunsidra li jerġa’ jagħlaq kollox fl-ibliet l-aktar milquta. Probabbli l-lockdown se jolqot bliet bħal Turin, Milan, Ruma, Napli u Bologna. F’dan l-istadju għadu mhux magħruf l-impatt li l-lockdown jista’ jkollu fuq il-kampjonat tal-futbol tas-Serie A. Jista’ jagħti l-każ li l-futbol għalissa jkompli fl-Italja, għallinqas sakemm l-imxija tal-Covid-19 ma tilħaqx numri tant għolja ta’ persuni infettati li jkollu jieqaf kollox.

Matthew Scerri

Juventus-Napoli. L-appell jinstema’ fid-9 ta’ Novembru

Fid-9 ta’ Novembru se jinstema’ ir-rikors imressaq minn Napoli quddiem il-Qorti tal-Appell dwar is-sentenza tal-Imħallef tal-Isports b’rabta mal-fatti ta’ Juventus-Napoli tal-4 ta’ Ottubru li għadda. Napoli se jkunu qed iressqu d-dokumenti kollha meħtieġa bil-għan li l-Qorti tal-Appell tibdel id-deċiżjoni tal-Imħallef tal-Isports li kien ikkundanna lit-tim ta’ De Laurentis għal telfa walkover u punt imnaqqas fil-klassifika.

Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Spezia

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Spezia huma:

Gowlers:  Szczesny, Pinsoglio, Buffon.

Difensuri: Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral, Frabotta.

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala.

Matthew Scerri