Juventus-Sampdoria bir-ritratti
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Sampdoria. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.


















Sors: Juventus.com
Juventus-Sampdoria 3-0
Bdejna tajjeb, anzi tajjeb ħafna. L-ewwel partita uffiċjali marret kif kull supporter kien qed jixtieq. It-tim lagħab tajjeb, lagħab bil-qalb, għal disgħin minuta sħaħ. Ma rajniex iktar it-tqassim eċċessiv u ossessiv tal-ballun li konna naraw is-sena l-oħra u minflok il-ballun beda jiġi mdawwar b’aktar ħeffa. McKennie u Kulusevski spikkaw fuq il-wirjiet tajbin tal-kumplament tat-tim. Anki Frabotta kellu logħba tajba b’wirja li ilna nistennew mingħand Alex Sandro. Ramsey, imbagħad, kien fost l-aqwa fil-grawnd wara li rnexxilu jħalli warajh, għal darba, il-problemi fiżiċi. Insomma, bidu tassew mill-aqwa. It-triq, però, hi twila ħafna. Irbaħna partita, imma fadal ħafna xi jsir kemm min-naħa ta’ Pirlo kif ukoll min-naħa ta’ Paratici. Nittamaw li l-attakkant il-ġdid jilħaq jasal dil-ġimgħa ħalli Pirlo u Juventus ikunu jistgħu jħabbtu wiċċhom mat-testijiet tqal (il-partita kontra Roma u Napoli) tal-ġimagħtejn li ġejjin.
JUVENTUS-SAMPDORIA 3-0
Skurjaw: Kulusevski (J), Bonucci (J), Ronaldo (J)
Juventus: Szczesny; Cuadrado (Bentancur), Bonucci, Chiellini (Demiral), Danilo, Frabotta (De Sciglio); Kulusevski (Douglas Costa), McKennie, Rabiot, Ramsey; Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Sampdoria: Audero; Bereszynski, Tonelli (Yoshida), Colley, Augello; Depaoli (Ramirez), Thorsby (Damsgaard,), Ekdal, Jankto, Leris (Quagliarella); Bonazzoli (Bonazzoli). Kowċ: Ranieri.
Referee: Piccinini
Karta safra: Tonelli (S)
Matthew Scerri
Pellegrini se jkun misluf
F’dawn is-sigħat qed ikun deċiż il-futur ta’ Pellegrini. Nafu li Pirlo m’għajjatlux għall-partita kontra Sampdoria peress li jinsab fil-proċess li jingħaqad ma’ tim ieħor. Genoa u Fiorentina jidhru li huma fost l-aktar li qed jagħmlu pressjoni biex jiksbuh. Raiola jinsab f’kuntatt kontinwu ma’ Paratici u probabbli f’dal-jumejn inkunu nafu fejn se jilgħab Pellegrini dis-sena.
Matthew Scerri
Pirlo: “Diffiċli li l-attakkant il-ġdid ikun Suarez”
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Juventus-Sampdoria, Andrea Pirlo stqarr li qed jistenna li Juventus ikollhom attakkant ġdid. Hu qal li m’hemmx għaġġla peress li s-suq tat-trasferimenti fadallu ħafna biex jagħlaq. Mistoqsi jekk l-attakkant huwiex se jkun Luis Suarez, Pirlo wieġeb: “Diffiċli. Il-passaport se jdum ma joħroġ u allura naħseb li mhux se jkun hu.”
Matthew Scerri
Alex Sandro għandu ħmistax żgur barra
Dalgħodu l-istaff mediku ta’ Juventus għamel xi testijiet biex tkun stabbilita l-entità tal-injury ta’ Alex Sandro. L-injury hu ta’ entità medja. Ġimagħtejn oħra se jkunu qed isirulu xi testijiet oħra biex it-tobba jifhmu jekk fieqx jew le.
Matthew Scerri