Milik daqt mistenni jkun plejer ta’ Roma. Dzeko se jitlaq?

Diversi gazzetti u siti qed jirrapurtaw li Napoli u Roma resqin lejn ftehim sabiex Milik jingħaqad mat-tim tal-kapitali. S’issa dejjem intqal li bl-akkwist ta’ Milik, Roma kienu se jħallu lil Dzeko jitlaq. Ma nafux jekk dan għadux il-każu ma nafux lanqas jekk huma Juventus biss li jinsabu interessati fl-attakkant Bożniaku.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Settembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Settembru 2020.

Parma jridu lil Pellegrini biss Juventus għadhom ma jafux x’se jagħmlu

Parma jinsabu interessati li jiksbu lil Pellegrini u allegatament għamlu kuntatt mal-aġent tiegħu, Raiola. Juventus, min-naħa tagħhom, ma jridux jagħtu risposta lil Parma hekk kif jista’ jkun li finalment jagħżlu li jżommuh magħhom.

Matthew Scerri

Juventus-Sampdoria bil-bibien magħluqa

Skont Sky TG24 it-talba ta’ Juventus biex l-Allianz Stadium jilqa’ 1000 supporter nhar il-Ħadd għall-partita kontra Sampdoria, ma ġietx milqugħa mill-Gvernatur tar-reġjun tal-Piemonte. Ir-raġuni hi li minħabba li l-Kumitat Tekniku-Xjentifiku hu kontra l-ftuħ tal-istadiums, tkun xi tkun id-deċiżjoni tal-Gvernatur hu probabbli li xorta waħda jittieħdu passi mill-Gvern biex jitwaqqaf kollox.

Matthew Scerri

Pirlo temm il-kors biex ikun jista’ jikkowċja fis-Serie A

Andrea Pirlo temm b’suċċess illum il-kors biex ikun jista’ jikkowċja fis-Serie A. Għaldaqstant issa għandu l-liċenzja Uefa Pro biex ikun jista’ jmexxi lil Juventus f’dan l-istaġun.

Matthew Scerri

Genoa jħabbtu l-bieb ta’ Juventus għal Pjaca

Genoa jidhru li jinsabu mill-ġdid interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Marko Pjaca. Fil-passat huma kienu riduh b’saħħa, biss hu kien għażel lil Fiorentina. Issa Genoa se jagħmlu tentattiv ieħor li jixtruh. Nifhmu li Juventus jinsabu lesti li jbigħuh peress li għandhom miri oħra għall-attakk.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (14 ta’ Settembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-14 ta’ Settembru 2020.

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Settembru)

Il-partita mill-passat tal-lum toħodna lura għas-sena 1947. Dakinhar Juventus lagħbu fil-kampjonat kontra Alessandria. Skor finali 1-3 favur Juventus f’dad-derby tal-Piemonte. Il-gowls Bianconeri kellhom il-firma ta’ Sentimenti III u Arpas (2).

Juventus-Novara bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Novara. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

Sors: Juventus.com