Pellegrini se jkun misluf
F’dawn is-sigħat qed ikun deċiż il-futur ta’ Pellegrini. Nafu li Pirlo m’għajjatlux għall-partita kontra Sampdoria peress li jinsab fil-proċess li jingħaqad ma’ tim ieħor. Genoa u Fiorentina jidhru li huma fost l-aktar li qed jagħmlu pressjoni biex jiksbuh. Raiola jinsab f’kuntatt kontinwu ma’ Paratici u probabbli f’dal-jumejn inkunu nafu fejn se jilgħab Pellegrini dis-sena.
Matthew Scerri
Pirlo: “Diffiċli li l-attakkant il-ġdid ikun Suarez”
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Juventus-Sampdoria, Andrea Pirlo stqarr li qed jistenna li Juventus ikollhom attakkant ġdid. Hu qal li m’hemmx għaġġla peress li s-suq tat-trasferimenti fadallu ħafna biex jagħlaq. Mistoqsi jekk l-attakkant huwiex se jkun Luis Suarez, Pirlo wieġeb: “Diffiċli. Il-passaport se jdum ma joħroġ u allura naħseb li mhux se jkun hu.”
Matthew Scerri
Alex Sandro għandu ħmistax żgur barra
Dalgħodu l-istaff mediku ta’ Juventus għamel xi testijiet biex tkun stabbilita l-entità tal-injury ta’ Alex Sandro. L-injury hu ta’ entità medja. Ġimagħtejn oħra se jkunu qed isirulu xi testijiet oħra biex it-tobba jifhmu jekk fieqx jew le.
Matthew Scerri
Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Sampdoria
Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Rabiot, McKennie, Pellegrini; Ramsey; Kulusevski, Ronaldo.
Sampdoria (4-4-2): Audero; Bereszynski, Yoshida, Colley, Augello; Depaoli, Thorsby, Ekdal, Jankto; Quagliarella, Bonazzoli.
Sors: Calciomercato.com
L-istadiums kollha tal-Italja miftuħa għal 1000 supporter
Il-Gvern Taljan awtorizza biex minn għada l-istadiums Taljani kollha jkunu jistgħu jiftħu l-bibien tagħhom għal 1000 supporter. Id-deċiżjoni waslet wara li r-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto ngħaqdu mal-Emilia Romagna u taw il-permessi biex fir-reġjuni tagħhom l-istadiums jibdew jilqgħu 1000 supporter. Il-Gvern imbagħad ma kellu ebda triq oħra ħlief li jiftaħ l-istadiums kollha. Wara s-7 ta’ Ottubru n-numru ta’ supporters li se jkunu jistgħu jidħlu fl-istadiums se tkun ikkalkulata bħala perċentwali fuq is-seating capacity ta’ kull stadium.
Ħi tassew ħasra li din id-deċiżjoni waslet daqshekk tard. Kien ikun xieraq li saru l-preparamenti meħtieġa ferm qabel. Lejlet il-partita ftit li xejn jista’ jsir!
Matthew Scerri
Problemi bejn Milik u Napoli qed iżommu kollox
Milik għadu ma sarx plejer ta’ Roma minkejja li l-aġent tiegħu sab ftehim mal-klabb tal-kapitali u diġà għamel it-testijiet mediċi. Jidher fil-fatt li għad hemm xi kwisjtonijiet bejn Milik u Napoli li wasslu biex għalissa l-klabb ta’ De Laurentis għadu ma jistax iħalli lill-attakkant Pollakk jingħaqad ma’ Roma. Il-kwistjonijiet huma marbuta ma’ xi pagi arretrati, apparti li hemm kawża l-Qorti dwar l-image rights tal-plejer. Minħabba dan kollu għalissa t-trasferiment ta’ Milik ma’ Roma għadu ma seħħx, bil-konsegwenza li waqaf kollox anki fil-każ ta’ Dzeko u Juventus.
Matthew Scerri



