Passi dixxiplinari kontra Roma

Roma ngħataw telfa walk-over ta’ 3-0 kontra Verona peress li, bi żball, l-isem ta’ Diawara ġie mniżżel f’lista ħażina mogħtija lil-Lega Calcio. Fil-fatt kull tim, fil-bidu tal-istaġun, jagħti lil-Lega Calcio lista ta’ 25 plejer, flimkien ma’ lista’ oħra ta’ plejers Under 22 li għandhom fit-tim u li jkunu jistgħu jużaw matul is-sena. Diawara, li sa sena ilu kien f’dil-lista tal-Under 22, baqa’ jidher fl-istess lista anki jekk għalaq sninu. Fi kliem ieħor isem Diawara għadu mniżżel bi żball fil-lista tal-Under 22 u dan l-iżball wassal għal telfa walk-over għal Roma kif kien ġara lil Sassuolo fl-2016. Intant is-Segretarju Ġenerali ta’ Roma, Pantaleo Longo diġa’ tefa’ r-riżenzja tiegħu b’rabta mal-każ u allegatament se jmur jaħdem ma’ Verona. Storja, insomma, tassew inkredibbli taħt kull aspett.

Matthew Scerri

Juventus għamlu kuntatt ieħor ma’ Cavani qabel ħadu lil Morata

Skont La Gazzetta dello Sport fi tmiem il-ġimgħa li għadda Juventus għamlu tentattiv ieħor li jiffirmaw lil Edison Cavani. Il-Bianconeri offrewlu 8 miljuni fis-sena biss hu baqa’ jitlob 12-il miljun. Fid-dawl ta’ dis-sitwazzjoni, Paratici mbagħad dawwar ħarstu fuq Morata anki għax Pirlo riedu b’saħħa.

Matthew Scerri

Dalgħodu t-testijiet mediċi ta’ Morata

Alvaro Morata wasal Turin tard dal-lejl u wara l-mistrieħ mistħoqq dalgħodu se jkun qed imur fil-JMedical għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Illejla stess x’aktarx se tkun qed tingħata l-aħbar uffiċjali tat-trasferiment tiegħu ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Filmat: Morata wasal Turin

https://www.instagram.com/p/CFaq41xK7-N/?utm_source=ig_web_copy_link

Ir-riżultati tal-partiti tal-1 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 19 ta’ Settembru 2020, 6.00 p.m.

Fiorentina-Torino 1-0

Is-Sibt 19 ta’ Settembru 2020, 8.45 p.m.

Verona-Roma 0-0 (Verona ngħataw rebħa 3-0 walk over minħabba xi irregolaritajiet min-naħa ta’ Roma)

Il-Ħadd 20 ta’ Settembru 2020, 12.30 p.m.

Parma-Napoli 0-2

Il-Ħadd 20 ta’ Settembru 2020, 3.00 p.m.

Genoa-Crotone 4-1

Il-Ħadd 20 ta’ Settembru 2020, 6.00 p.m.

Sassuolo-Cagliari 1-1

Il-Ħadd 20 ta’ Settembru 2020, 8.45 p.m.

Juventus-Sampdoria 3-0

It-Tnejn 21 ta’ Settembru 2020, 8.45 p.m.

Milan-Bologna 2-0

L-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2020, 6.00 p.m.

Benevento-Inter 2-5

Udinese-Spezia 0-2

L-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2020, 8.45 p.m.

Lazio-Atalanta 1-4

Matthew Scerri

Juventus-Sampdoria bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Sampdoria. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Juventus-Sampdoria 3-0

Bdejna tajjeb, anzi tajjeb ħafna. L-ewwel partita uffiċjali marret kif kull supporter kien qed jixtieq. It-tim lagħab tajjeb, lagħab bil-qalb, għal disgħin minuta sħaħ. Ma rajniex iktar it-tqassim eċċessiv u ossessiv tal-ballun li konna naraw is-sena l-oħra u minflok il-ballun beda jiġi mdawwar b’aktar ħeffa. McKennie u Kulusevski spikkaw fuq il-wirjiet tajbin tal-kumplament tat-tim. Anki Frabotta kellu logħba tajba b’wirja li ilna nistennew mingħand Alex Sandro. Ramsey, imbagħad, kien fost l-aqwa fil-grawnd wara li rnexxilu jħalli warajh, għal darba, il-problemi fiżiċi. Insomma, bidu tassew mill-aqwa. It-triq, però, hi twila ħafna. Irbaħna partita, imma fadal ħafna xi jsir kemm min-naħa ta’ Pirlo kif ukoll min-naħa ta’ Paratici. Nittamaw li l-attakkant il-ġdid jilħaq jasal dil-ġimgħa ħalli Pirlo u Juventus ikunu jistgħu jħabbtu wiċċhom mat-testijiet tqal (il-partita kontra Roma u Napoli) tal-ġimagħtejn li ġejjin.

JUVENTUS-SAMPDORIA 3-0

Skurjaw: Kulusevski (J), Bonucci (J), Ronaldo (J)

Juventus: Szczesny; Cuadrado (Bentancur), Bonucci, Chiellini (Demiral), Danilo, Frabotta (De Sciglio); Kulusevski (Douglas Costa), McKennie, Rabiot, Ramsey; Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Sampdoria: Audero; Bereszynski, Tonelli (Yoshida), Colley, Augello; Depaoli (Ramirez), Thorsby (Damsgaard,), Ekdal, Jankto, Leris (Quagliarella); Bonazzoli (Bonazzoli). Kowċ: Ranieri.

Referee: Piccinini

Karta safra: Tonelli (S)

Matthew Scerri