Riesaq it-Tmiem
Loghba ohra ghaddiet u riesaq dejjem aktar tmiem dan il-kampjonat bit-tieni parti tieghu assolutament deludenti li hassret it-tajjeb kollu li sar fl-ewwel parti tal-kampjonat.
Ilbierah kienet il-partita li biha stajna tajna bidla u passi kbar lejn tmiem denju ta’ Juventus lejn l-ahhar 4 partiti, stajna tajna svolta u nersqu aktar lejn kwalifikazjoni matematika fic-champions league ta’ stagun iehor izda bhal dejjem fl-ewwel parti tal-partita ftit rajna pjan ta’ partita u determinazjoni biex ngibu rizultat massimu minn din il-partita fejn stajna anka ersaqna aktar vicin ta’ milan.
Ma’ ninsewx illi milan kellom 3 titolari neqsin mid-difiza nkluz fl-ahhar mumenti qabel il-partita tal-goaler titolari Maignan wara li wegga fil-warming up. U propju Sportiello li laghab minfloku kien protagonist fl-ahhar kwarta tal-partita fejn wara d-dhul ta’ Chiesa, Milik u Mckennie rajna aktar Juventus li kreat azzjonijiet perikoluzi u konna verament vicin li niskurjaw.
Ghal darb’ohra diskutibbli kienu l-ghazliet tal-kowc fil-formazzjoni li bdejna biha fejn propju kif diga ktibt qabel, milan bin-neqsin fid-difiza u ghazel li jhalli lil Chiesa fil-pankina u ma jiehux riskju li nilghabu bi 3 players quddiem u filfatt ftit jew xejn konna perikoluzi fl-ewwel taqsima.
Ghal darb’ohra bosta players deludenti bhal Vlahovic li assolutament qatt perikoluz, qatt determinanti u wisq aktar ta’ ghajnuna lit-tim biex inzommu l-ballun lejn il-lasta avversarja filfatt inbidel fost atitudni ta’ rabja, xhieda ta’ nervozizmu li hemm fi dressing room u xhieda li kulhadd jaf li riesaq it-tmiem ta’ Allegri bhala kowc ta’ Juventus.
Ilbierah min kien l-istadium bhali assista ghal qasma ukoll bejn is-sapport fejn il-curva tappogja lil Allegri u l-bqija ssaffar u tikkontesta lil curva sinjal iehor ta qasma esterna ukoll bejn is-sapport.
Il-futur ghalissa ftit huwa car u qabel ma’ l-affarijiet ikunu decizi fil-pitch ftit ha nkunu nafu fuq il-futur, li hu zgur illi s-sitwazzjoni xejn mhi sabiha u hemm hafna xi jsir u x’jinbidel.
FORZA JUVE DEJJEM
Avviz dwar biljetti tal-Finali tal-Coppa Italia
Il-Kumitat jinforma li għada l-Ħadd 28 ta’ April fit-3pm l-uffiċju tal-Club se jkun miftuh esklussivament għall-bookings tal-biljetti tal-Finali tal-Coppa Italia kontra Atalanta li se tintlagħab nhar il-Erbgħa 15 ta’ Mejju 2024.
Dawn il-biljetti huma disponibbli biss għal min matul dan l-istaġun laħaq irreġistra fil-Fan Club. Is-sħubija fil-Fan Club illum tinsab magħluqa għaldaqstant ma jkunx possibbli li naċċettaw ħlas mingħand min ma laħaqx irreġistra ruħu.
Ir-regolamenti tas-soltu f’partiti ta’ din il-portata japplikaw. Biljetti first come first served u kull persuna tista’ tirriserva sa massimu ta’ zewġ biljetti biss. Min ma jistax jattendi huwa mitlub jibgħat rapprezentant minfloku. M’aħniex se nieħdu bookings permezz ta’ telefonati u mezzi oħra.
Il-prezzijiet huma dawn
– Curva Sud €40
– Distinti Sud €65
– Tribuna Tevere Laterale €140
– Tribuna Tevere €180
– Tribuna Monte Mario Laterale €190
Tribuna ċentrali Monte Mario minn fuq www.vivaticket.com biss għall-prezz ta’ €220.
Il-biljetti huma limitati.
Grazzi