Posts

Bħal-lum fil-passat (3 ta’ Jannar)

Haller, Cuccureddu u Capello kienu l-protagonisti tar-rebħa Bianconera bl-iskor ta’ 3-1 fuq Lazio nhar it-3 ta’ Jannar 1971. Dan hu filmat ta’ dik il-partita:

Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Jannar)

Meta nqalbu fil-paġni tal-istorja ta’ Juventus insibu li fl-1 ta’ Jannar kellna ħames partiti tas-Serie A u partita oħra tat-Tazza tal-Fieri. Ir-riżultati ta’ dawn il-partiti kienu:

01.01.1939 Serie A Juventus-Milan 2-2
01.01.1948 Serie A Vicenza-Juventus 0-1
01.01.1950 Serie A Juventus-Lucchese 1-2
01.01.1956 Serie A Juventus-Lazio  1-0
01.01.1961 Serie A Lecco-Juventus  2-2
01.01.1964 Tazza tal-Fieri Atletico Madrid-Juventus 1-2

 Hawn taħt tistgħu taraw l-aqwa siltiet ta’ Lecco-Juventus tal-1961.

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Diċembru)

Illum qed inwasslulkom filmat ta’ Napoli-Juventus tal-1951. Il-Bianconeri rebħu 1-2 b’gowls ta’ Mari u Hansen.

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Diċembru)

Fit-28 ta’ Diċembru 1969 Juventus marru Ruma biex jilagħbu kontra t-tim tal-kapitali. Skor finali tal-partita 0-3 favur Juventus, b’gowls ta’ Anastasi, Zigoni u Haller.

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Diċembru)

Illum se noħdukom lura għas-sena 1959 meta jumejn wara l-Milied Juventus kienu għelbu lil Roma fil-kampjonat bl-iskor kbir ta’ 4-0.

Bħal-lum fil-passat (26 ta’ Diċembru)

Il-filmat mill-passat għal-lum hu marbut mal-partita Juventus-Mantova tas-26 ta’ Diċembru 1971. Bħal dejjem dan il-filmat qed jiġi mwassal lilkom bil-kollaborazzjoni ta’ ‘Gobbo Maltese’.

Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Diċembru)

Fl-istorja ta’ Juventus insibu b’kollox tliet partiti li ntlagħbu fil-jum tal-Milied. Fl-1927 Juventus għelbu fil-kampjonat lil Novara bl-iskor ta’ 4-3. Ħdax-il sena wara Juventus reġgħu kienu fl-azzjoni, did-darba fil-Coppa Italia kontra Padova. Skor finali 1-3 għal Juventus barra minn darhom. It-tielet u l-aħħar partita, tas-Serie A, tkun lura għall-1960: Juventus-Sampdoria 3-2. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw siltiet minn din il-partita.

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Diċembru 1949)

Fit-18 ta’ Diċembru 1949 Juventus marru Novara biex jilagħbu kontra t-tim lokali. L-eroj tal-ġurnata kien Boniperti li skorja t-tripletta li biha l-Bianconeri setgħu jirbħu bl-iskor ta’ 2-3. Fit-tim ta’ Novara kien hemm plejer leġġendarju li lagħab anki ma’ Juventus: Silvio Piola.

Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Diċembru)

Ħarsa lura għas-sena 1966 meta Juventus għelbu fis-Serie A lil Bologna bl-iskor ta’ 2-1. Menichelli u Salvadore skurjaw għal Juventus dakinhar.

Bħal-lum fil-passat (10 ta’ Diċembru)

Il-filmat tal-lum se joħodna lura għas-sena 1992 meta bħal-lum Juventus kienu laqgħu f’darhom lil Sigma Olomouc. Il-Bianconeri rebħu 5-0 bil-gowls ta’ Vialli (2), Ravanelli, Moeller u Casiraghi.