Posts

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Diċembru)

Nhar l-4 ta’ Diċembru 1994 intlagħbet il-partita leġġendarja Juventus-Fiorentina 3-2. Kulħadd jiftakr b’mod partikolari l-ġmiel ta’ gowl skurjat minn Del Piero, liema gowl kien ivvutat bħala l-isbaħ wieħed tal-120 sena ta’ Juventus.

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Novembru)

Qabża lura għas-sena 1952 meta proprju bħal-lum Juventus kienu ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 barra minn darhom kontra Spal.

Bħal-lum fil-passat (29 ta’ Novembru)

Ħarsa lura lejn partita taċ-Champions League tal-2001. Dakinhar Juventus kienu laqgħu f’darhom lil Bayer Leverkusen u kisbu rebħa kbira bl-iskor ta’ 4-0. Il-gowls waslu minn Trezeguet (2), Del Piero u Tudor.

Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Novembru)

Fl-2015 bħal-lum, Juventus għelbu lil Manchester City fiċ-Champions League. Il-gowl tar-rebħa ta’ 1-0 kellu l-firma ta’ Mario Mandzukic.

Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Novembru)

Fil-filmat li qed inwasslulkom illum tistgħu taraw il-hattrick ta’ Vivolo li permezz tiegħu Juventus għelbu lil Sampdoria fl-1952.

Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Novembru)

Bi pjaċir qed inwasslulkom il-filmat ta’ rebħa kbira oħra mill-passat Juventin. Bħal-lum fl-2005 Juventus għelbu lil Roma 1-4 fl-iStadio Olimpico. Għal Juventus skurjaw Nedved, Ibrahimovic u Trezeguet (2).

Bħal-lum fil-passat (16 ta’ Novembru)

Qabża lura għas-sena 1975 meta bħal-lum Juventus kienu għelbu lil Milan f’San Siro 0-1 b’gowl ta’ Gori.

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Novembru)

Illum se nfakkru Derby ta’ Turin li ntlagħab bħal-lum fil-1954. Dakinhar Juventus kienu għelbu lil Torino bl-iskor ta’ 3-0. Għal Juventus kienu skurjaw Boniperti (2) u Oppezzo.

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Novembru)

Sebgħin sena ilu, proprju fit-12 ta’ Novembru 1950, Juventus kisbu rebħa kbira fid-Derby bl-iskor ta’ 4-1. Il-gowls Bianconeri, li tistgħu taraw fil-filmat t’hawn taħt, kellhom il-firma ta’ Boniperti, John Hansen (2) u Boniforti.

Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Novembru)

Immorru lura għall-1990 meta Roberto Baggio kien skurja minn penalty l-gowl deċiżiv li bih Juventus għelbu lil Bologna fil-kampjonat.