Posts

Bħal-lum fil-passat (24 ta’ Mejju)

Immorru lura għas-sena 2003 meta Juventus għelbu lil Chievo fil-kampjonat bl-iskor ta’ 4-3 b’gowls ta’ Zalayeta (2), Trezeguet u Zenoni.

Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Mejju)

Fit-23 ta’ Mejju 1988 kien intlagħab Derby partikulari hekk kif Torino u Juventus temmew il-kampjonat b’punti indaqs u għaldaqstant kien hemm il-ħtieġa ta’ decider sabiex ikun deċiż min se jilgħab fl-Ewropa. Id-Derby intemm bl-iskor ta’ 0-0 u Juventus daħlu fl-Ewropa wara l-għoti tal-penalties.

Prev 1 of 1 Next
Prev 1 of 1 Next

Bħal-lum fil-passat (16 ta’ Mejju) … żewġ Tazzi mirbuħa fl-Ewropa minn Juventus

Fis-serje tagħna tal-partiti mill-passat, illum bi pjaċir qed inwasslulkom żewġ filmati ta’ partiti li ntlagħbu fis-16 ta’ Mejju. Fiż-żewġ okkażjonijiet Juventus rebħu tazzi Ewropej: it-Tazza tat-Tazzi (1984) u t-Tazza Uefa (1990).

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (2 ta’ Mejju)

Qabża lura għas-sena 1954 meta Juventus laqgħu f’darhom lil Milan. L-iskor finali kien ta’ 1-0 għall-Bianconeri, gowl ta’ Hansen.

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ April)

Juventus-Milan tal-1986. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw il-gowl ta’ Laudrup li ddeċieda dal-konfront.

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ April)

Fit-18 ta’ April 1995 Juventus kienu impenjati barra minn darhom fis-SemiFinali tat-Tazza Uefa kontra Borussia Dortmund. Il-Bianconeri rebħu 1-2.

Bħal-lum fil-passat (13 ta’ April)

Filmat ta’ partita bejn Juventus u Roma li tmur lura għas-sena 1947. L-iskor finali tal-partita kien 4-0 favur il-Bianconeri.

Bħal-lum fil-passat (8 ta’ April)

Qabża lura għall-1990 meta fit-8 ta’ April kienet intlagħbet il-partita Juventus-Cremonese, bil-Bianconeri joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-0.

Bħal-lum fil-passat (2 ta’ April)

Qabża lura lejn l-1961 meta proprju bħal-lum il-Bianconeri kienu ġabu fix-xejn lil Roma. Boniperti, Charles u Sivori ffirmaw il-gowls tar-rebħa Bianconera bl-iskor ta’ 3-0. Dik il-ħabta bħal-lum Juventus kellhom tim qawwi u nettament superjuri għal tim ieħor tas-Serie A.

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Marzu)

‘Gobbo Maltese’ illum qed twasslilna konfront bejn Juventus u Parma li jmur lura għall-1996. Min jaf meta se jkollna l-opportunità naraw mill-ġdid lil Parma jikkompetu mal-aqwa timijiet fl-Italja!