Posts

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Marzu)

Fl-1952 kisbu waħda mill-ikbar rebħiet tagħhom fis-Serie A meta barra minn darhom għelbu lil Udinese bl-iskor ta’ 2-7. Il-filmat t’hawn taħt ifakkarna f’dik il-partita.

Bħal-lum fil-passat (26 ta’ Marzu)

Il-partita mill-passat li għażilna għalikom illum hi Genoa-Juventus tal-1978. Dakinhar l-iskor finali tal-partita kien ta’ 2-2, b’Tardelli u Boninsegna jiffirmaw il-gowls Juventini.

Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Marzu)

Fil-25 ta’ Marzu 1984 intlagħbet il-partita Juventus-Catania fis-Serie A. L-iskor finali kien ta’ 2-0. Interessanti li dakinhar kellna doppjetta ta’ ħadd ħlief Gaetano Scirea.

Bħal-lum fil-passat (24 ta’ Marzu)

Is-sena 1985. Fl-24 ta’ Marzu Juventus jilqgħu f’darhom lil Inter. Dakinhar il-partita tintemm bl-iskor ta’ 3-1 favur il-Bianconeri.

Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Marzu)

Fl-1980 Juventus kienu laghbu kontra Inter u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0. Il-video ta’ din il-partita qed jitwassal lilkom minn ‘Gobbo Maltese’.

Tajjeb ngħidu li fl-istorja insibu li Juventus lagħbu kontra Inter tliet darbiet fit-23 ta’ Marzu. Fit-tliet partiti kienu Juventus li ħadu l-massimu tal-punti.

Bħal-lum fil-passat (21 ta’ Marzu)

Is-sena hi l-2009. Juventus marru Ruma sabiex jilagħbu kontra l-Giallorossi. Dakinhar il-partita rat lil Juventus iġibu fix-xejn lit-tim ta’ Totti bl-iskor ta’ 1-4 (doppjetta ta’ Iaquinta, Mellberg u Nedved).

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Marzu)

Sitta u għoxrin sena ilu bħal-lum Juventus kienu impenjati fil-Kwarti Finali taċ-Champions League kontra Real Madrid. Dakinhar irbaħna 2-0 (gowls ta’ Del Piero u Padovano) u komplejna l-mixja lejn ir-rebħ tat-Tazza.

Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Marzu)

Sitta u tletin sena ilu bħal-lum, Juventus kienu impenjati fil-Kwarti Finali tat-Tazza taċ-Champions kontra Barcellona, f’partita li ntemmet bi draw ta’ 1-1. Il-gowl Juventin kellu l-firma ta’ Platini.

 

Bħal-lum fil-passat (17 ta’ Marzu)

Għaxar snin ilu bħal-lum Juventus kienu lagħbu kontra Fiorentina fil-kampjonat, f’partita li ntemmet f’goleada ta’ 0-5 favur il-Bianconeri. Il-video t’hawn taħt ifakkarna f’dik il-partita.

Bħal-lum fil-passat (16 ta’ Marzu)

‘Gobbo Maltese’ qed iwasslilna llum partita mit-Tazza taċ-Champions bejn Juventus u Aston Villa, liema partita ntlagħbet fis-16 ta’ Marzu 1983.