Posts

Għada jaf ikun konkluż il-ftehim għal Rovella

Għada t-Tnejn Paratici mistenni jkollu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Genoa sabiex jiffinalizza l-ftehim għall-akkwist ta’ Nicolò Rovella. Is-somma li qed tissemma hi bejn 8 u 10 miljun Ewro. Genoa lesti jiddiskutu anki t-trasferiment magħhom ta’ xi plejers Juventini. Jidher li huma jridu l-iktar lil Frabotta, biss Juventus jippreferu jagħtuhom lil Portanova. Barra minn hekk Genoa huma interessati f’xi talenti żgħażagħ bħal Elia Petrelli u Franco Tongya.

Matthew Scerri

Bernardeschi msemmi anki fi tpartit ieħor ta’ plejers

Federico Bernardeschi jidher li hu l-aktar plejer li jinsab barra mill-pjanijiet ta’ Pirlo f’dan l-istadju. Hu qed jissemma f’ħafna bidliet ma’ plejers oħra. Fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm ovvjament li jużaw lil Bernardeschi bħala pedina biex jiksbu plejer ieħor li jkun iktar utli għal Pirlo. F’das-sens l-aħħar aħbar hi li Hertha Berlin jinsabu interessati fih u jista’ jkun hemm tpartit fuq bażi ta’ self bejnu u Piatek.

Matthew Scerri

Alaba għażel it-tim il-ġdid tiegħu

David Alaba jidher li għażel il-klabb il-ġdid fejn se jkun qed jilgħab fl-istaġun li jmiss. Fil-fatt skont Marca jeżisti ftehim bejn Alaba u Real Madrid, liema ftehim mistenni jkun imħabbar daqt skont kif jippermettu r-regolamenti tal-FIFA.

Matthew Scerri

Pressjoni għall-bejgħ ta’ Marcelo

Membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ Real Madrid qed jagħmel pressjoni għall-bejgħ immedjat ta’ Marcelo. Hekk għallinqas qed issostni l-website Todofichajes.com. Is-somma li qed tissemma hi dik ta’ 18-il miljun. Apparti Juventus qed jissemmew anki PSG.

Matthew Scerri

Bdil Gomez-Bernardeschi

Rai Sport taw l-aħbar li Juventus ukoll huma interessati li jiksbu lil Gomez. Skonthom Paratici għandu f’moħħu li jipproponi lil Atalanta bdil bejn Bernardeschi u Gomez. It-taħdidiet bejn il-klabbs għadhom ma bdewx uffiċjalment, imma din tidher li eventwalment se tkun il-proposta li se jressqu Juventus.

Matthew Scerri

Zaza u Pelle msemmija ma’ Juventus

Mhuma qed jieqfu xejn l-ispekulazzjonijiet dwar min jista’ jkun l-attakkant il-ġdid ta’ Juventus. Fl-aħħar sigħat issemmew anki Zaza u Pelle. It-tnejn li huma jidhru li jridu bidla radikali fil-karriera tagħhom u jidher li l-aġenti tagħhom għamlu kuntatt ma’ Juventus. Madankollu Juventus ftit li xejn jidhru interessati li jiffirmawhom.

Matthew Scerri

Reynolds lejn self ma’ Genoa

Ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Juventus u Genoa. Wara t-taħdidiet għal Portanova, Frabotta, Pellegrini u Rovella, jidher li issa l-klabbs qed jitkellmu anki dwar Reynolds. Nafu li Juventus ma jistgħux jirreġistraw lil Reynolds minħabba l-limitazzjonijiet fuq il-plejers extrakomunitarji. Għaldaqstant sas-sajf Juventus iridu bilfors jisilfuh lil xi tim ieħor. Issemmew ħafna Cagliari u issa jidher li anki Genoa jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Reynolds.

Matthew Scerri

Genoa jridu lil Frabotta wkoll

Juventus u Genoa qed jitħaddtu bejniehtom anki dwar Frabotta. Genoa jriduh fit-tim tagħhom u lesti jilagħbuh b’mod regolari. Biex dan ikun jista’ jsir, però, Juventus se jkunu qed jitolbu lura lil Pellegrini. Jidher li fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm self ieħor għal Pellegrini lil xi tim ieħor tas-Serie A.

Matthew Scerri

Khedira jinsab l-Ingilterra

Sami Khedira jinsab l-Ingilterra fejn qed jiltaqa’ ma’ xi klabbs tal-Premier League. Skont La Gazzetta dello Sport l-iktar klabb li għandu ċans li jiffirma lil Khedira hu Everton wara li l-Ġermaniż kemm-il darba esprima pubblikament ix-xewqa li jkun ittrenjat mill-ġdid minn Ancelotti.

Matthew Scerri

Reynolds-Pavoletti. Juventus u Cagliari jaħdmu mill-qrib

Juventus laħqu ftehim biex jixtru lil Bryan Reynolds mingħand Dallas għas-somma ta’ 8.5 miljun Ewro. Hu se jkun misluf lil Cagliari għal sitt xhur. F’dawn is-sigħat Juventus qed jaħdmu mill-qrib ma’ Cagliari u kollox jindika li l-Bianconeri se jkunu qed jiksbu b’self lil Pavoletti.

Matthew Scerri