Posts

Juventus fost it-timijiet interessati f’Rudiger jekk jitlaq lil Chelsea

Rudiger qed itella’ u jniżżel jitlaqx lil Chelsea hekk kif spiċċa lura fil-ġerarkiji tal-preferenzi ta’ Lampard. Spiss qed ikollu jibqa’ riserva u qed ikun irrapurtat li qed jiddejjaq jilgħab ftit. Skont Bild Rudiger se jistenna saż-żewġ partiti li jmiss biex jara l-affarijiet jinbidlux u eventwalment jieħu d-deċiżjoni tiegħu. Juventus u Milan huma interessati fih. Ma jonqsux anki estimaturi mill-Premier League (Tottenham) u mill-Bundesliga (Borussia Dortmung u Leipzig).

Matthew Scerri

Bdil Pavoletti-Portanova

Tkompli t-tfittxija ta’ attakkant riserva għal Juventus mingħajr l-infieq ta’ ħafna flus. Wara li ssemmew xi plejers li għandhom kuntratt li daqt jiskadi (Milik u Depay), kif ukoll l-eks plejer Llorente, issa qed jissemma b’saħħa Leonardo Pavoletti ta’ Cagliari. Skont xi siti Taljani, jista’ jkun li Juventus u Cagliari jilħqu ftehim bejniethom biex ipartu b’self lil Pavoletti u lil Portanova. Il-jiem li ġejjin jistgħu jkunu deċiżivi biex Paratici jiffinalizza d-dettalji tat-trasferiment tal-attakkant il-ġdid tal-Bianconeri.

Matthew Scerri

Juventus se jixtru lil Reynolds

Qed jingħata bħala ċert it-trasferiment ta’ Reynolds ma’ Juventus. Il-Bianconeri se jixtruh għal 8 miljuni mingħand Dallas FC u se jkun misluf lil Cagliari minħabba anki l-limitazzjonijiet fuq reġistrazzjoni ta’ plejers extrakomunitarji. Fit-3 ta’ Jannar Reynolds se jkun l-Italja għat-testijiet mediċi.

Matthew Scerri

Araujo jista’ jkun l-eredi ta’ Cuadrado ma’ Juventus

L-eredi ta’ Juan Cuadrado ma’ Juventus jista’ jasal hu ukoll mill-Amerka. Fil-fatt Juventus tefgħu għajnejhom fuq Julian Araujo li, bħal Cuadrado, jaf jilgħab mal-linja kemm f’pożizzjoni arretrata kif ukoll f’waħda iktar avvanzata.

Matthew Scerri

Milik jew Depay fil-pjanijiet ta’ Juventus

F’Jannar Juventus se jkunu qed jippruvaw jiksbu attakkant ġdid. Fil-pjanijiet ta’ Paratici hemm li jinkiseb bi ftit flus attakkant li jkun jista’ jserraħ lil Ronaldo u lil Morata. Apparti Milik, Tuttosport qed issemmu anki lil Depay. Bħal Milik, anki Depay għandu kuntratt li se jiskadi f’Ġunju 2021 u għaldaqstant l-akkwist tiegħu jista’ jiswa ftit. Jidher, imma, li Depay qed jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lil Barcellona.

Matthew Scerri

Suarez: “Kont iffirmajt precontratto ma’ Juventus”

Skont Sportmediaset, Luis Suarez ikkonferma waqt ix-xhieda li ta lill-Procura ta’ Perugia li kien iffirma precontratto ma’ Juventus, iżda mbagħad kollox sfaxxa fix-xejn. L-Ansa qed tirraporta li sorsi interni ta’ Juventus qed isostnu li t-trasferiment ta’ Suarez ma seħħx minħabba li ma kienx hemm biżżejjed żmien biex jitlestew il-formalitajiet burokratiċi marbuta mal-każ.

Matthew Scerri

Rummenigge: “Alaba ma aċċettax l-offerta tagħna”

Karl-Heinz Rummenigge kkonferma uffiċjalment li David Alaba ma aċċettax l-offerta li Bayern ressqulu għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Fi kliem Rummenigge, Alaba jista’ jinnegozja ma’ min irid fi Fraf peress li l-kuntratt tiegħu wasal biex jiskadi. Hu ma eskludiex però li jista’ jkun hemm tentattiv mill-ġdid minn Bayern biex jinstab ftehim ma’ Alaba.

Matthew Scerri

Paratici se jiltaqa’ mal-aġent ta’ Reynolds

Juventus jistgħu jsiru aktar Amerikani. Skont Gianluca Di Marzio nhar il-Ħamis Paratici se jiltaqa’ mal-aġent ta’ Bryan Reynolds, full-back ta’ 19-il sena li jilgħab ma’ Dallas FC. Jidher li s’issa Bruges diġà offrew 7 miljuni għalih. Juventus lesti jixtruh bi ftehim ma’ Cagliari hekk kif ma jistgħux jirreġistraw aktar plejers extrakomunitarji.

Matthew Scerri

Milik ma jridx jitlaq lil Napoli f’Jannar

Arkadiusz Milik mhux se jitlaq lil Napoli f’Jannar. Skont Calciomercato.com l-aġent tiegħu, Pantak kellu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Napoli. F’dil-laqgħa Pantak għarrafhom li Milik mhux se jitlaq lil Napoli f’Jannar u minflok se jistenna sa Ġunju meta jiskadilu l-kuntratt. Napoli riedu jbigħuh f’Jannar għal 18-il miljun Ewro biex jevitaw li jitilfuh b’xejn. Madankollu Milik jidher li mhux se jpaxxihom wara li ilhom xhur jittrattawh ħażin.

Matthew Scerri

Milik u Giroud mill-ġdid imsemmija ma’ Juventus

F’Jannar hu probabbli li Juventus se jippruvaw jiksbu attakkant ieħor tal-kaxxa kif kienu se jagħmlu fis-sajf li għadda b’Kean. Irid ikun attakkant li ma jiswix wisq flus u f’das-sens jidher li fil-mira tal-Bianconeri hemm mill-ġdid Milik u Giroud. It-tnejn li huma għandhom kuntratt li jiskadi f’Ġunju li ġej. Napoli qed jitolbu somma bej 15 u 18-il miljun għal Milik, somma li Juventus ma jridux jonfqu għal plejer li se jkun free agent minn Frar. Giroud, mill-banda l-oħra, qed jilgħab regolari ma’ Chelsea u jista’ jkun li Lampard ma jħallihx jitlaq f’Jannar.

Matthew Scerri