Posts

Tlettax-il sena ta’ Juventusclubmalta.com

Illum jaħbat it-13-il anniversarju minn meta bdejna dan il-blog ta’ aħbarijiet fil-website www.juventusclubmalta.com. Tlettax-il sena li fihom wassalnilkom kuljum l-aħbarijiet prinċipali dwar Juventus u l-Club tagħna. Nistgħu nġibu ħafna statistika biex infissru s-suċċess tal-website: eluf ta’ artikli kull sena; mijiet ta’ eluf ta’ pageviews (jiġifieri nies li jaqraw l-artikli), u ħafna numri kbar oħra. Għalina l-iktar fatt għażiż għalina hu li intom il-qarrejja turuna li tieħdu gost taqraw u taraw dak kollu li nwasslulkom. L-istatistika turina n-numri imma intom turuna b’ħafna modi s-sentiment wara dawk in-numri. L-imħabba li turuna timlina b’kuraġġ biex inkomplu naħdmu sabiex dil-website tkompli tikber. Is-suċċess tagħna tagħmluh intom. Grazzi!

Matthew Scerri

L-uffiċċju tal-Club qed jerġa’ jilqa’ lin-nies

Il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 197) jixtieq javża li minn nhar it-Tlieta 4 ta’ Mejju s-segretarjat se jerġa’ jkun miftuħ. Il-ħinijiet ta’ ftuħ tal-uffiċċju se jkun bejn is-6.30 u t-8 ta’ filgħaxija kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis.

Importanti min jiġi l-uffiċċju jilbes il-maskla u juża Sanitizer mad-dħul.

Awguri!

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtiequ jawguraw l-Għid it-Tajjeb lill-membri kollha, lill-familji  u ħbieb tagħhom, kif ukoll lil kulmin isegwina permezz tal-website u s-social media.

Avviż mis-segretarjat

Is-segretarjat jixtieq javża lill-membri li minħabba r-restrizzjonijiet mħabbra il-bieraħ l-uffiċċju tal-Club ser jinżamm magħluq sa ma jerġgħu jinħarġu istruzzjonijiet oħra. Min irid iħallas il-membership jista’ jagħmel dan min fuq il-website http://juventusclubmalta.com

Grazzi

Juventus Club Merchandise

Avviż importanti

Il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore jixtieq javża li kull membru li kien irriserva biljett għall-partiti tas-Serie A jew taċ-Champions League li ġew imħassra minħabba l-pandemija tal-Covid 19 issa irċieva l-bilanċ dovut lilu ftit jiem wara li dawn ingħataw lura lill-Club mingħand Juventus.

Il-Kumitat bħal dejjem jixtieq jirringrazzja lil kull membru tal-koperazzjoni tiegħu u tal-fiduċja sħiħa lejn il-Kumitat.

Grazzi

Is-Segretarjat tal-Club mhux se jiftaħ illejla

Nixtiequ ninfurmaw lill-membri tal-Club li llum il-Ħamis 24 ta’ Settembru l-uffiċċju tal-Club mhux ser jiftaħ. L-uffiċċju issa jkun miftuħ nhar il-Ħadd li ġej qabel il-partita u il-ġimgħa d-diehla It-Tlieta u l-Ħamis bejn 6.30 u 8.00 ta’ filgħaxija.

Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.

Joe Shields

Segretarju

Lura magħkom!

Fl-aħħar nistgħu mill-ġdid nibdew inwasslulkom l-aħbarijiet minn din il-website. Fil-jiem li għaddew kellna problemi tekniċi u kien għalhekk ma stajniex nippubblikaw xejn ġdid. Il-professjonisti li ħadmu biex isolvu dawn il-problemi llum tawna l-go-ahead li nistgħu nerġgħu nibdew inwasslulkom l-aħbarijiet dwar il-Club tagħna u Juventus. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.

Matthew Scerri

Maskri tad-drapp għall-bejgħ mill-Club tagħna

Maskri tad-drapp li jgħattu l-ħalq u l-imnieħer jinsabu għall-bejgħ mill-premises tal-Club tagħna. Dal-maskri għandhom fuqhom il-logo tal-klabb u/jew ta’ Juventus. Il-maskri jistgħu jixtraw mis-segretarjat waqt il-ħin ta’ ftuħ.

Mugs tal-Club għall-bejgħ

Il-Club tagħna għadu kemm ħareġ għall-bejgħ mugs bil-logo l-ġdid. Dawn jistgħu jinkisbu mis-segretarjat tal-Club għall-prezz ta’ €5. Żgur li kull supporter Juventin Malti għandu jkollu wieħed minn dawn il-mags fil-kollezzjoni tiegħu/tagħha.