Posts

Ronaldo jrid lil Neves ma’ Juventus

Don Balon qed isostnu li Cristiano Ronaldo qed jagħmlu pressjoni biex Juventus jixtru lill-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Wolves, Ruben Neves. Il-prezz tiegħu hu ta’ 50 miljun Ewro. Tajjeb ngħidu li Neves ilu snin jissemma ma’ Juventus u issa jidher li laħaq il-maturità meħtieġa biex jilgħab fi klabb importanti.

Matthew Scerri

Mistrieħ għal Ronaldo

Cristiano Ronaldo ma ġiex mgħajjat għall-partita kontra Benevento. Hu jinsab tajjeb biss Pirlo tah jumejn frank sabiex ikun jista’ jirrilassa u jistrieħ wara xahar ferm impenjattiv.

Matthew Scerri

Ronaldo u Guarino nomati għal premijiet tal-FIFA

Tħabbret il-lista ta’ plejers nominati f’kull kategorija tal-premijiet li jġibu l-isem ta’ The Best Fifa Football Awards 2020. Juventus huma rappreżentati minn Ronaldo u l-kowċ ta’ Juventus Women, Rita Guarino.

L-Aqwa Plejer Mara

Lucy Bronze (Ingilterra – O.Lyon/Manchester City), Delphine Cascarino (Franza- O.Lyon), Caroline Graham Hansen (Norveġja – Barcellona), Pernille Harder (Danimarka -Wolfsburg – Chelsea Women), Jennifer Hermoso (Spanja -Barcellona), Ji So-yun (Korea t’Isfel – Chelsea Women), Sam Kerr (Awstralja – Chelsea Women), Saki Kumagai (Ġappun –O.Lyon), Dzsenifer Marozsan (Ġermanja – O.Lyon), Vivianne Miedema (Olanda – Arsenal), Wendie Renard (Franza – O.Lyon).

L-Aqwa Plejer Raġel

Thiago Alcantara (Spanja – Bayern Munivh -Liverpool), Cristiano Ronaldo (Portugall – Juventus), Kevin de Bruyne (Belġju – Manchester City), Robert Lewandowski (Polonja – Bayern Munich), Sadio Mané (Senegal – Liverpool), Kylian Mbappé (Franza – Paris Saint Germain), Lionel Messi (Arġentina – Barcellona), Neymar (Brażil – Paris Saint Germain), Sergio Ramos (Spanja – Real Madrid), Mohamed Salah (Eġitto – Liverpool), Virgil van Dijk (Olanda – Liverpool).

L-Aqwa Gowler Mara

Ann-Katrin Berger (Ġermanja – Chelsea Women), Sarah Bouhaddi (Francia – O.Lyon), Christiane Endler (Ċili – Paris Saint Germain), Hedvig Lindahl (Żvezja – VfL Wolfsburg – Atletico Madrid) Alyssa Naeher (Usa – Chicago Red Stars), Ellie Roebuck (Ingilterra – Manchester City).

L-Aqwa Gowler Raġel

Alisson Becker (Brażil – Liverpool), Thibaut Courtois (Belġju – Real Madrid), Keylor Navas (Costa Rica – Paris Saint Germain), Manuel Neuer (Ġermanja – Bayern Munich), Jan Oblak (Slovenja – Atletico Madrid), Marc-André ter Stegen (Ġermania – Barcellona)

L-Aqwa Kowċ Mara

Lluis Cortes (Spanja – Barcellona), Rita Guarino (Italja – Juventus Women), Emma Hayes (Ingilterra – Chelsea Women), Stephan Lerch (Ġermanja – Wolfsburg), Hege Riise (Norveġja – Kvinner), Jean-Luc Vasseur (Franza – O.Lyon), Sarina Wiegman (Olanda – Tim nazzjonali).

L-Aqwa Kowċ Raġel

Marcelo Bielsa (Arġentina – Leeds), Hans-Dieter Flick (Ġermanja – Bayern Munich), Jurgen Klopp (Ġermanja – Liverpool), Julen Lopetegui (Spanja – Sevilla), Zinedine Zidane (Franza – Real Madrid).

Premju Fifa Puskas għall-isbaħ gowl

Shirley Cruz (Crc), Giorgian De Arrascaeta (Uru), Jordan Flores (Eng), André Pierre Gignac (Fra), Sophie Ingle (Wal), Zlatko Junuzovic (Aut), Hlompho Kekana (Rsa), Son Heung-min (Kor), Leonel Quinonez (Ecu), Luis Suarez (Uru), Caroline Weir (Sco).

Matthew Scerri

Arthur hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Cagliari

Arthur ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Cagliari. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 41% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’38% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Bernardeschi b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Paratici: “Ronaldo se jibqa’ ma’ Juventus”

Qabel Juventus-Cagliari, Fabio Paratici tkellem dwar Ronaldo u Dybala fost l-oħrajn. Hu kkonferma li minkejja l-għidut fuq il-gazzetti, Ronaldo se jibqa’ ma’ Juventus. Dwar il-mument kemxejn diffiċli ta’ Dybala fl-ewwel partiti tal-istaġun, Paratici sostna li hu kollox marbut ma’ virus li ilu jħabbtu sa mill-ewwel waqfa għall-impenji tat-timijiet nazzjonali.

Matthew Scerri

Cuadrado hu l-captain il-lejla. Ronaldo l-viċi

Issa nafu fiċ-ċert: il-captain ta’ Juventus kontra Cagliari se jkun Juan Cuadrado. Bħala viċi tiegħu nsibu lil Cristiano Ronaldo li hekk illum, waqt il-partita, se jkollu forsi l-opportunità li jilbes il-faxxa ta’ captain għall-ewwel darba minn kemm ilu ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Għidut dwar bdil bejn Icardi u Ronaldo

Drajna li fil-jiem meta ma jkunx hemm logħob jiżdiedu l-aħbarijiet b’rabta mas-suq tat-trasferimenti. Kliem Leonardo fil-jiem li għaddew wassal biex qed ikun hemm ħafna għidut dwar trasferiment ta’ Ronaldo ma’ PSG. Xi siti qed jirrapurtaw li PSG jinsabu lesti li joffru lil Icardi u flus għal Ronaldo. Min-naħa tagħhom, però, Juventus ma jridux jitilfu lil Ronaldo u skont Calciomercato.com Mendes għarraf diġà lill-Bianconeri li Ronaldo hu intenzjonat li jibqa’ Turin sakemm jintemm il-kuntratt tiegħu.

Matthew Scerri

Ronaldo jilħaq lil Puskas fil-klassifika tal-aqwa skorers ta’ kull żmien

Cristiano Ronaldo sab ix-xibka fir-rebħa kbira li l-Portugall kisbu fil-partita kontra Andorra (7-0). Hu s’issa skurja 102 gowl mat-tim nazzjonali u jinsab biss 7 gowls il-bogħod mir-rekord ta’ Ali Daei, li hu l-plejer li l-aktar skurja bil-flokk ta’ tim nazzjonali. Komplessivament Ronaldo skurja l-gowl numru 746 fil-karriera bejn partiti tal-klabb u tat-tim nazzjonali. Hu laħaq lil Puscas fir-raba’ post tal-klassifika tal-aqwa skorers ta’ kull żmien.

Matthew Scerri

PSG u Manchester United interessati fl-akkwist ta’ Ronaldo

Minkejja l-età tiegħu, Cristiano Ronaldo għadu jattira fuqu l-interess ta’ diversi klabbs kbar. Leonardo ta’ PSG stqarr li xi kultant fis-suq tat-trasferimenti jseħħu affarijiet straordinarji, dikjarazzjoni li turi li PSG mhumiex jeskludu li jistgħu jiffirmaw lil Ronaldo s-sena d-dieħla. Mill-Ingilterra, imbagħad, qed tasal l-aħbar li Manchester United jinsabu f’kuntatt mal-aġent Jorge Mendes. Skont Daily Express, fil-fatt, ir-Red Devils tkellmu ma’ Mendes dwar il-possibbiltà li jiksbu lura lil Ronaldo fis-sajf 2021.

Matthew Scerri