Posts

Rekord ieħor għal Ronaldo

Bil-gowl fl-aħħar minuti ta’ Juventus-Sassuolo, Cristiano Ronaldo sar l-ewwel plejer li skurja minn tal-inqas ħmistax-il gowl fl-aħħar ħmistax-il staġun fl-aqwa ħames kampjonati tal-Ewropa.

Matthew Scerri

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Udinese

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Udinese. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 54% tal-voti, segwit minn Chiesa b’14% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ramsey u Dybala b’13% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Ronaldo skurja iktar minn Pele fil-karriera tiegħu!

Cristiano Ronaldo ma jieqaf qatt jissorprendina. Biż-żewġ gowls kontra Udinese, Ronaldo laħaq iċ-ċifra ta’ 758 gowl fil-karriera, wieħed iktar minn Pele. Aħjar minnu kienu marru biss Romario (772 gowl) u Bican (800 gowl). Barra minn hekk il-gowls kontra Udinese jfissru li Ronaldo mill-2002 sal-2021 skurja minn tal-inqas gowl kull sena. Inżidu wkoll li għall-ħmistax-il sena konsekuttiva Ronaldo skurja minn tal-inqas 20 gowl bejn il-partiti tal-klabb u dawk tat-tim nazzjonali.

Matthew Scerri

250 miljun Follower għal Ronaldo fuq Instagram

Cristiano Ronaldo sar l-ewwel persuna fid-dinja kollha li laħqet iċ-ċifra ta’ 250 miljun Follower fuq Instagram. Hu, ovvjament, il-persuna l-aktar segwita fuq Instagram.

Matthew Scerri

Ronaldo magħżul bħala l-Aqwa Plejer tas-Seklu

Cristiano Ronaldo ġie magħżul bħala l-Aqwa Plejer tas-Seklu waqt il-Globe Soccer Awards. Il-premju, tajjeb niċċaraw, kien għall-Aqwa Plejer fil-perjodu 2000-2020. Ronaldo kien ivvutat min-nies anki bħala l-Aqwa Plejer tas-Sena 2020, biss il-ġurija ta’ esperti ta’ Globe Soccer li għandha piż ta’ 60% fl-għażla tar-rebbieħa, ippreferiet lil Lewandowski (li allura rebaħ il-premju għal dis-sena).

Matthew Scerri

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Parma-Juventus

Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Parma u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 39% tal-voti, segwit minn Bentancur b’29% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil De Ligt b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Ronaldo jirċievi l-Golden Foot

Cristiano Ronaldo rċieva l-premju magħruf bl-isem ta’ Golden Foot. F’kumment mogħti fi tmiem iċ-ċerimonja, Ronaldo rringrazzja lil kulmin ivvutalu u wiegħed li se jibqa’ jagħmel dak kollu li hu possibbli biex jibqa’ jilgħab tajjeb u jiskurja.

Matthew Scerri

Numri eċċezzjonali għal Ronaldo

Żgur li kulħadd jaqbel dwar il-bravura assoluta ta’ Cristiano Ronaldo. L-istatistika turina li l-2020 għalih kienet sena tassew mimlija gowls. Komplessivament hu skurja 44 gowl fl-44 partita li lagħab dis-sena. Jekk inħarsu biss lejn il-partiti ma’ Juventus fl-2020, insibu li CR7 skurja 33 gowl f’28 partita tas-Serie A. Fiċ-Champions League sab ix-xibka sitt darbiet f’sitt partiti, filwaqt li l-gowls fil-Coppa Italia kienu tnejn f’erba’ partiti. Komplessivament hu skurja 38 gowl f’41 partita ma’ Juventus fl-2020. Interessanti li hu sar l-ewwel plejer Juventin mill-1961 ‘l hawn li skurja 33 gowl fis-Serie A f’perjodu ta’ sena tal-kalendarju. Qablu kien Omar Sivori li proprju fl-1961 skurja 33 gowl fil-kampjonat bejn Jannar u Diċembru.

Matthew Scerri