Ottimiżmu dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent Jorge Antun kellu laqgħa ma’ Nedved u Cherubini. Huma tkellmu dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Paulo Dybala. Minn dak li qed ikun irrapurtat, jidher li Juventus tennew lil Antun li huma jridu lil Dybala fil-qalba tal-proġett tagħhom. Dybala wkoll irid jibqa’ ma’ Juventus. Il-ġimgħa d-dieħla l-partijiet se jerġgħu jiltaqgħu biex jiddiskutu iktar fid-dettall il-kuntratt ta’ Dybala. Bħalissa Dybala qed jaqla’ …

Injury muskolari ħafif għal Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-jiem li ġejjin Dybala u Da Graca se jkunu qed isegwu programm personalizzat ta’ taħriġ wara li sofrew injury muskolari ħafif. Xejn gravi, suppost, biss jeħtieġu training apposta sabiex ikunu jistgħu jirkupraw mija fil-mija. Matthew Scerri

Allegri talab li jkunu mġedda l-kuntratti ta’ Chiellini u Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ħatra ta’ Allegri bħala kowċ ta’ Juventus se tkun qed tibdel l-istrateġiji u l-miri fis-suq tat-trasferimenti. B’mod partikolari jidher li Allegri talab li jkunu mġedda l-kuntratti ta’ Chiellini u Dybala. Spiss kellna rapporti li dat-tnejn kienu se jħallu lil Juventus, biss issa jidher li Allegri se jkun qed jibbaża fuqhom għall-istaġun li jmiss. It-tnejn li huma jħobbu lil Juventus u …

Dybala u Ronaldo jagħmluhom mija!

MatthewJuve News Leave a Comment

Cristiano Ronaldo u Paulo Dybala skurjaw il-100 gowl tagħhom personali bil-flokk ta’ Juventus. Interessanti li Ronaldo skurja dan l-ammont ta’ gowls fi tliet staġuni biss, filwaqt li Dybala ilu sitt snin ma’ Juventus. Nittamaw li Ronaldo u Dybala jibqgħu ma’ Juventus anki s-sena d-dieħla u li jkomplu jiskurjaw ħafna iktar minn hekk. Matthew Scerri

Paratici jitkellem dwar il-futur ta’ Dybala u Morata

MatthewJuve News Leave a Comment

“Qegħdin f’kuntatt mal-aġent ta’ Dybala kull ġimgħa. Ma rridux ninsew il-mument li ninsabu fih. Mhux qed nitkellem biss fuq futbol. Il-Covid ilu magħna u aħna l-klabbs ilna minn Ottubru nilagħbu bil-bibien magħluqa. Kulma nagħmlu rridu nagħmluh b’sens kbir ta’ responsabilità.” Hekk tkellem Fabio Paratici qabel il-partita. Fl-istess intervista Paratici kkonferma li Morata se jibqa’ ma’ Juventus. Fakkar li Juventus jistgħu …

Dybala-Juventus. Il-ftehim għall-kuntratt il-ġdid se jinstab?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gowl li skurja kontra Napoli jaf ibiddel il-futur ta’ Dybala. Skont Tuttosport f’Mejju Juventus se jiltaqgħu mill-ġdid mal-aġent ta’ Dybala. L-offerta tal-Bianconeri hi ta’ 10 miljuni fis-sena u mhux se togħla. Dybala s’issa dejjem talab 15-il miljun fis-sena, biss jista’ jkun li finalment jaċċetta l-proposta Juventin. Dan l-għaliex, skont La Gazzetta dello Sport, Dybala ma tantx hu konvint li jingħaqad …