Posts

Ottimiżmu dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala

L-aġent Jorge Antun kellu laqgħa ma’ Nedved u Cherubini. Huma tkellmu dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Paulo Dybala. Minn dak li qed ikun irrapurtat, jidher li Juventus tennew lil Antun li huma jridu lil Dybala fil-qalba tal-proġett tagħhom. Dybala wkoll irid jibqa’ ma’ Juventus. Il-ġimgħa d-dieħla l-partijiet se jerġgħu jiltaqgħu biex jiddiskutu iktar fid-dettall il-kuntratt ta’ Dybala. Bħalissa Dybala qed jaqla’ 7.3 miljun Ewro ma’ Juventus. Hemm rapport li l-paga tiegħu se titla’ għal 8 miljuni fis-sena, liema somma tista’ tasal sa massimu ta’ 10 miljuni bil-bonuses.

Matthew Scerri

Juventus f’laqgħa mal-aġent ta’ Dybala

Jorge Antun temm il-kwarantina tiegħu wara li wasal l-Italja mill-Arġentina. Qed ikun irrapurtat li llum hu se jkollu laqgħa ma’ Cherubini biex jiddiskutu l-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala. Hemm ottimiżmu qawwi li l-partijiet jistgħu jsibu ftehim wara sentejn ta’ taħdidiet.

Matthew Scerri

Injury muskolari ħafif għal Dybala

Fil-jiem li ġejjin Dybala u Da Graca se jkunu qed isegwu programm personalizzat ta’ taħriġ wara li sofrew injury muskolari ħafif. Xejn gravi, suppost, biss jeħtieġu training apposta sabiex ikunu jistgħu jirkupraw mija fil-mija.

Matthew Scerri

Allegri talab li jkunu mġedda l-kuntratti ta’ Chiellini u Dybala

Il-ħatra ta’ Allegri bħala kowċ ta’ Juventus se tkun qed tibdel l-istrateġiji u l-miri fis-suq tat-trasferimenti. B’mod partikolari jidher li Allegri talab li jkunu mġedda l-kuntratti ta’ Chiellini u Dybala. Spiss kellna rapporti li dat-tnejn kienu se jħallu lil Juventus, biss issa jidher li Allegri se jkun qed jibbaża fuqhom għall-istaġun li jmiss. It-tnejn li huma jħobbu lil Juventus u allura mhux suppost ikun hemm problemi kbar biex jinstab ftehim magħhom. Cherubini issa se jkun qed jiftaħ negozjati mal-aġenti tagħhom. Interessanti li naraw jekk verament huwiex se jirnexxilu jilħaq ftehim mal-aġent ta’ Dybala f’temp ta’ ftit ġranet għall-kuntrarju ta’ Paratici li kienu ilu sentejn jinnegozja mal-istess aġent.

Matthew Scerri

Dybala hu l-Aqwa Plejer ta’ Bologna-Juventus

Paulo Dybala ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Bologna u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 55% tal-voti, segwit minn Rabiot b’15% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Dybala u Ronaldo jagħmluhom mija!

Cristiano Ronaldo u Paulo Dybala skurjaw il-100 gowl tagħhom personali bil-flokk ta’ Juventus. Interessanti li Ronaldo skurja dan l-ammont ta’ gowls fi tliet staġuni biss, filwaqt li Dybala ilu sitt snin ma’ Juventus. Nittamaw li Ronaldo u Dybala jibqgħu ma’ Juventus anki s-sena d-dieħla u li jkomplu jiskurjaw ħafna iktar minn hekk.

Matthew Scerri

Paratici jitkellem dwar il-futur ta’ Dybala u Morata

“Qegħdin f’kuntatt mal-aġent ta’ Dybala kull ġimgħa. Ma rridux ninsew il-mument li ninsabu fih. Mhux qed nitkellem biss fuq futbol. Il-Covid ilu magħna u aħna l-klabbs ilna minn Ottubru nilagħbu bil-bibien magħluqa. Kulma nagħmlu rridu nagħmluh b’sens kbir ta’ responsabilità.” Hekk tkellem Fabio Paratici qabel il-partita. Fl-istess intervista Paratici kkonferma li Morata se jibqa’ ma’ Juventus. Fakkar li Juventus jistgħu jġeddu s-self jew jixtruh għal kollox. Juventus huma kuntenti b’Morata u jridu jżommuh magħhom.

Matthew Scerri

Dybala-Juventus. Il-ftehim għall-kuntratt il-ġdid se jinstab?

Il-gowl li skurja kontra Napoli jaf ibiddel il-futur ta’ Dybala. Skont Tuttosport f’Mejju Juventus se jiltaqgħu mill-ġdid mal-aġent ta’ Dybala. L-offerta tal-Bianconeri hi ta’ 10 miljuni fis-sena u mhux se togħla. Dybala s’issa dejjem talab 15-il miljun fis-sena, biss jista’ jkun li finalment jaċċetta l-proposta Juventin. Dan l-għaliex, skont La Gazzetta dello Sport, Dybala ma tantx hu konvint li jingħaqad ma’ tim ieħor bi tpartit ma’ xi ħaddieħor (Icardi, Griezmann, Dembele jew Pogba). Ir-raġuni hi li Dybala jibża’ li ma jkunx fiċ-ċentru tal-proġett ma’ tim ieħor daqshekk hu ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Dybala se jilgħab kontra Napoli

Paulo Dybala se jkun mgħajjat għall-partita t’għada kontra Napoli. Mistoqsi jekk huwiex se jibda mill-ewwel minuta, Pirlo ma tax risposta ċara. La qal le u lanqas iva. Qal biss li Dybala ma jiflaħx jilgħab disgħin minuta sħaħ, biss sostna li hu importanti għat-tim li rkupra lill-istilla Arġentina. Nifhmu li Dybala għada se jilgħab, ma nafux imma hejj hux se jibda jew se jidħol fit-Tieni Taqsima.

Matthew Scerri