Posts

Juventus iressqu l-proposta finali tagħhom lil Dybala

Sky qed jirrapurtaw li l-offerta finali ta’ Juventus lil Dybala hi ta’ paga ta’ 10 miljuni fis-sena. Jidher li Juventus mhux se jkunu qed jgħollu l-offerta tagħhom, għajr forsi għal xi bonuses. Issa rridu naraw jekk Dybala huwiex se jkun sodisfatt b’dil-paga jew inkella huwiex se jirrifjuta u allura Juventus ma jkollhomx triq oħra ħlief li jbigħuh.

Matthew Scerri

Dybala: “Inħobb lil Juventus. Intqalu affarijiet mhix vera”

Fi tmiem Genoa-Juventus, ġurnalist ta’ Sky saqsa lil Dybala x’se jkun il-futur tiegħu: “Jien inħobb lil Juventus. Ma tantx nitkellem fuq dawn l-affarijiet. Jiddispjaċini li ntqalu ħafna affarijiet mhux veri. L-aġent tiegħi dam ħafna Turin u qatt ma sejħulu. Meta jissemmew ċifri, l-aktar fiż-żminijiet t’issa, in-nies iddur kontrija.”

Matthew Scerri

Dybala: “Kelli bżonn niskurja”

https://www.youtube.com/watch?v=e3snPaNtuTg

Dybala jsib mill-ġdid ix-xibka. Genoa huma t-tim li skurja l-aktar kontrih f’partiti away

Genoa huma t-tim li kontrih Dybala skurja l-akbar numru ta’ gowls f’partiti tas-Serie A li t-tim tiegħu lagħab barra minn daru. Dak tal-lum kien il-gowl numru ħamsa ta’ Dybala bil-flokk ta’ Juventus fl-Istadio Marassi ta’ Genoa.

Matthew Scerri

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Torino

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Torino. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 55% tal-voti, segwit minn Chiesa b’26% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Dybala b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Filmat: L-isbaħ 10 gowls Juventini fid-Derby ta’ Turin

Paratici: “Aħna trankwilli dwar Dybala”

“Ninsabu trankwilli dwar Dybala, kif konna s-sena li għaddiet, biex nagħti eżempju, b’De Ligt meta kulħadd jew kważi kien jikkritikah fil-bidu. Fl-istess ħin u bl-istess mod ninsabu trankwilli dwar Dybala. Nafu xi plejer hu, x’persuna hu, bniedem serju, eżiġenti ħafna miegħu nnifsu, u allura dis-sena, bħas-snin l-oħra, se jagħtina daqqa t’id kbira u jiswina ta’ għajnuna kbira. Se jkun plejer deċiżiv kif dejjem kien.” Hekk tkellem Paratici dwar Dybala ftit tal-minuti qabel Benevento-Juventus.

Matthew Scerri

Paratici: “Il-kuntratt ta’ Dybala? Kwistjoni kumplessa”

Għall-ewwel darba d-diskors ta’ Paratici dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala donnu nbidel. S’issa kien dejjem esprima ottimiżmu. Illum qabel il-partita kontra Ferencvaros, Paratici kkummenta: “Hi kwisjtoni kumplessa. Għandna relazzjoni tajba ma’ Dybala u nitkellmu miegħu fuq il-kuntratt il-ġdid kuljum u kull ġimgħa. Hu fatt magħruf li mhux fil-futbol biss iridu jitnaqqas l-infiq.”

Matthew Scerri

Paratici: “Ronaldo se jibqa’ ma’ Juventus”

Qabel Juventus-Cagliari, Fabio Paratici tkellem dwar Ronaldo u Dybala fost l-oħrajn. Hu kkonferma li minkejja l-għidut fuq il-gazzetti, Ronaldo se jibqa’ ma’ Juventus. Dwar il-mument kemxejn diffiċli ta’ Dybala fl-ewwel partiti tal-istaġun, Paratici sostna li hu kollox marbut ma’ virus li ilu jħabbtu sa mill-ewwel waqfa għall-impenji tat-timijiet nazzjonali.

Matthew Scerri