Posts

Ksur għal McKennie

L-injury ta’ Weston McKennie hu gravi hekk kif irriżulta li sofra ksur f’saqajh. McKennie sofra dan l-injury wara daħla ta’ plejer avversarju fuqu waqt il-partita kontra Villareal. Hu mill-ewwel deher muġugħ u immedjatament wara l-partita ttieħed l-isptar għal x-ray. B’konsegwenza ta’ dal-ksur McKennie se jkollu jibqa’ barra mill-azzjoni għal madwar xahrejn.
Matthew Scerri

Chiellini barra mill-azzjoni sal-aħħar tax-xahar

Juventus tilfu lil Giorgio Chiellini għal madwar tliet ġimgħat hekk kif sofra injury fil-pexxun. Mit-testijiet li sarulu rriżulta li l-injury mhuwiex ta’ entità gravi. Fl-istqarrija ta’ Juventus ma hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jdum barra, biss il-gazzetti u l-websites qed jirraportaw li se hu se jkollu jibqa’ barra mill-azzjoni sal-aħħar tax-xahar.

Matthew Scerri

Kollox mar sew fl-operazzjoni ta’ Chiesa. Lura seba’ xhur oħra

L-operazzjoni ta’ Federico Chiesa saret u kollox mar tajjeb ferm. L-operazzjoni tal-cruciate saret fil-klinika ‘Hochrum’ f’Insbruck, l-Awstrija. Operah il-Professur Christian Fink. Kif għidna mar kollox sew u Chiesa se jkun qed jirritorna għall-azzjoni madwar seba’ xhur oħra.
Matthew Scerri

Injury muskolari għal Rabiot

Adrien Rabiot sofra injury muskolari waqt it-training ta’ jumejn ilu. Ilbieraħ sarulu xi testjijiet fil-JMedical u rriżulta li l-injury f’koxxtu mhuwiex daqstant gravi. Madwar għaxart ijiem oħra, se jsirulu aktar testijiet biex it-tobba ta’ Juventus ikunu jafu kif qed ifieq il-muskolu.

Matthew Scerri

Operazzjoni għal Arthur

Arthur se jkun operat biex tissolva darba għal dejjem il-problema li ilha tħabbtu mill-istaġun li għadda u li prattikament ma ħallitux jilgħab is-sena li għaddiet. Hu mistenni jdum madwar xahrejn barra. L-operazzjoni, tajjeb ngħidu, qed issir issa u mhux qabel minħabba li l-problema issa biss ġiet stabilizzata mentri qabel kien hemm riskju għalih.

Matthew Scerri

L-injury ta’ Chiesa mhuwiex gravi

L-injury ta’ Federico Chiesa ma jidhrix li hu wieħed gravi. Dalgħodu sarulu xi testijiet u qed ikun irrapurtat li hu se jitlef biss il-partita kontra Parma.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Ronaldo

Lejlet Atalanta-Juventus,  Andrea Pirlo tilef lil Cristiano Ronaldo. Fil-fatt injury muskolari, li suppost mhuwiex gravi, se jżomm lil Ronaldo ‘l barra mill-azzjoni f’dik li hi partita importanti ferm fit-tellieqa għall-ewwel erba’ postijiet fil-klassifika.

Matthew Scerri

Xejn gravi għal Alex Sandro

Sky qed jirrapurtaw li l-injury ta’ Alex Sandro mhuwiex gravi. It-testijiet mediċi li sarulu lbieraħ taw riżultati pożittivi. Issa wieħed irid jara kemm se jkun twil il-perjodu ta’ mistrieħ li se jingħata sabiex jirkupra minn dan l-injury.

Matthew Scerri

Erba’ neqsin għal Juventus

Juventus se jkollhom erba’ plejers neqsin għall-partita kontra Cagliari. Bentancur għad għandu l-Covid-19, filwaqt li Dybala, Demiral u Ramsey ma jistgħux jilagħbu minħabba li għandhom injury. Buffon ukoll mhuwiex 100% f’sikktu, imma kollox jindika li se jkun jista’ jsegwi lit-tim minn fuq il-bank tas-sostituti (għalkemm skont xi gazzetti Buffon jaf jibda mill-ewwel minuta kontra Cagliari).

Matthew Scerri

Injury għal De Ligt. Se jilgħab Frabotta

Matthijs De Ligt sofra injury ftit minuti qabel il-partita u mhux se jkun qed jibda mill-ewwel minuta. Postu se jieħdu Frabotta, b’Danilo jersaq fin-nofs tad-difiża, jew inkella Juventus se jilagħbu bi tlieta fuq wara Danilo-Demiral-Alex Sandro u Frabotta jkun mal-linja x-xellugija f’nofs il-grawnd.

Matthew Scerri