Posts

Injury muskolari għal Dybala

Paulo Dybala se jkollu jitlef il-partita kontra Parma minħabba injury muskolari. Fil-fatt fi tmiem it-training tal-lum hu ħass fastidju u kellu jieqaf minħabba ‘affaticamento muscolare”.

Matthew Scerri

Daqqa għal Arthur

Il-Brażiljan Arthur jidher li qala’ biss daqqa kontra Atalanta u li m’għandu xejn gravi. Id-daqqa kważi żgur se twasslu biex jitlef il-partita kontra Parma ta’ nhar is-Sibt.

Matthew Scerri

Injury gravissimu għal Nicolussi Caviglia

B’xorti ħażina Hans Nicolussi Caviglia sofra injury gravi li se jżommu barra għal sitt xhur. Hu qaċċat il-legamenti ta’ rkoptu waqt seduta ta’ training. Fil-jiem li ġejjin se jkun operat. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr.

Matthew Scerri

Dembélé wkoll se jitlef Barcellona-Juventus

Dembélé mhux se jkun qed jilgħab kontra Juventus nhar it-Tlieta. Hu fil-fatt sofra injury muskolari u se jkollu jitlef il-partita. Apparti Dembélé, Barcellona se jkollhom neqsin lil Piqué, Ansu Fati u Sergi Roberto. Umtiti, mill-banda l-oħra, jidher qrib li jirkupra mill-injury.

Matthew Scerri

Injury ieħor għal Chiellini

Giorgio Chiellini sofra injury muskolari ieħor waqt is-sessjoni ta’ taħriġ lejlet il-partita kontra Dynamo Kiev. Hu kważi żgur li, apparti l-partita t’għada, se jkollu jitlef anki d-Derby ta’ Turin.

Matthew Scerri

Chiellini u Demiral lura għat-training mat-tim

Chiellini u Demiral illum ittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom u għaldaqstant jidhru li rkupraw mill-injuries li sofrew fl-aħħar perjodu. Issa wieħed irid jara jekk Pirlo huwiex se jirriskjahom nhar l-Erbgħa kontra Dynamo, partita li sostanzjalment mhix wisq importanti minħabba li Juventus diġà għaddew għar-rawnd li jmiss, jew inkella jippreferixxix jagħtuhom ftit iktar jiem ta’ training u jilgħabhom fid-Derby.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Demiral

Merih Demiral sofra injury muskolari u se jkollu jibqa’ barra għal madwar għaxart ijiem. Bħalissa Pirlo fadallu biss żewġ difensuri ċentrali (De Ligt u Danilo) hekk kif Bonucci u Chiellini huma barra mill-azzjoni b’injuries huma wkoll.

Matthew Scerri

Ramsey x’aktarx se jilħaq jirkupra għaċ-Champions League

Aaron Ramsey mistenni jkun għad-dispożizzjoni ta’ Pirlo fl-okkażjoni ta’ Juventus-Ferencvaros. Hu rkupra mill-injury li kien sofra u jekk fil-jumejn li ġejjin se jkun qed jittrenja mingħajr problemi mal-bqija tat-tim, allura dan ikun ifisser li se jkun jista’ jilgħab kontra l-Ungeriżi.

Matthew Scerri

Erbat iplejers irkupraw mill-injuries tagħhom

Aħbarijiet tajba mill-JTC tal-Continassa hekk kif Pirlo rkupra erba’ mill-plejers li kellu barra mill-azzjoni b’injury. De Ligt, Alex Sandro, Chiesa u Dybala fl-aħħar jiem ittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom u dan ifisser li rkupraw mill-injuries li kienu sofrew. Hu kważi ċert li De Ligt u Alex Sandro se jkunu qed jibdew mill-ewwel minuta kontra Cagliari, filwaqt li Chiesa u Dybala jaf jibdew bħala sostituti bil-possibbiltà li jidħlu waqt il-partita.

Matthew Scerri

Rabiot jaf ma jilgħabx illejla

Adrien Rabiot jaf ma jilgħabx illejla kontra l-Iżvezja. Fil-fatt hu ma jinsabx 100% f’sikktu u għaldaqstant jaf ma jilgħabx biex ma jirriskjax xi injury fit-tul.

Matthew Scerri