Posts
Juventus-Verona bir-ritratti
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Verona. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

















Sors: Juventus.com
Injury muskolari għal Bonucci
Tlett ijiem ‘il bogħod minn Juventus-Barcellona, Leonardo Bonucci sofra injury muskolari. Hu kellu jabbanduna l-grawnd kontra Verona peress li ħass xi ġbid fil-muscle. Issa rridu nistennew it-testijiet t’għada fil-JMedical biss hu evidenti li f’dan l-istadju hemm ċans kbir li Pirlo se jkollu jgħaddi mingħajru kontra Messi u sħabu.
Matthew Scerri
Paratici jgħid tiegħu dwar il-kuntratt ta’ Dybala
Qabel Juventus-Verona, Fabio Paratici kellu l-opportunità jgħid tiegħu dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Paulo Dybala. Hu sostna li t-taħdidiet mexjin u hemm intenzjoni ċara kemm minn Juventus kif ukoll mill-plejer. Paratici spjega li ċertu dewmien hu dovut anki minn fatturi marbuta mal-Covid. Fil-fatt fl-aħħar 20 jum, Juventus qattgħu 15-il ġurnata f’iżolament u allura Paratici ma seta’ jiltaqa’ ma’ ħadd.
Matthew Scerri
Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Verona
JUVENTUS (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Demiral; Cuadrado, Arthur, Rabiot, Bernardeschi; Ramsey; Dybala, Morata.
HELLAS VERONA (3-4-2-1): Silvestri; Ceccherini, Lovato, Empereur; Faraoni, Vieira, Tameze, Lazovic; Colley, Zaccagni; Kalinić.
Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Verona
Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Verona huma:
Gowlers – Szczesny, Pinsoglio, Buffon.
Difensuri – Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral, Frabotta.
Plejers ta’ nofs il-grawnd – Arthur, Ramsey, McKennie, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski, Peeters.
Attakkanti – Morata, Dybala, Vrioni, Rafia.
Matthew Scerri
X’ried jgħid biha Ronaldo?
Ftit wara s-sebgħa tal-lejla Cristiano Ronaldo tella’ fuq Instagram ritratt tiegħu qed jixxemmex bil-caption “Siiiiiiiiiii💪🏽”. Ma nafux eżattament għal xiex kien qed jirreferi. Tgħid irċieva l-aħbar li fieq mill-Covid?
Matthew Scerri
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (12 ta’ Ottubru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it–12 ta’ Ottubru 2020.




Kif se jkunu mqassmin it-timijiet fl-urni tal-poloz taċ-Champions League
Illejla se jkollna t-tlugħ tal-poloz tal-gruppi taċ-Champions League 2020/21. It-timijiet, bħal dejjem, se jkunu maqsuma f’erba’ gruppi kif ġej:
Urna 1: Bayern Munich (Ġer), Sevilla (Spa), Real Madrid (Spa), Liverpool (Ing), Juventus (Ita), PSG (Fra), Zenit (Rus), Porto (Por).
Urna 2: Barcellona (Spa), Atletico Madrid (Spa), Manchester City (Ing), Manchester United (Ing), Shakhtar Donetsk (Ukr), Borussia Dortmund (Ġer), Chelsea (Ing), Ajax (Ola).
Urna 3: Dynamo Kiev (Ukr), Leipzig (Ġer), Inter (Ita), Olympiacos (Gre), Lazio (Ita), Atalanta (Ita), Salzburg (Aut), Krasnodar (Rus).
Urna 4: Lokomotiv Mosca (Rus), Marsiglia (Fra), Bruges (Bel), Borussia Mönchengladbach (Ġer), Basaksehir (Tur), Midtjylland (Dan), Rennes (Fra), Ferencvaros (Ung).
Matthew Scerri