Posts

Benevento-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Benevento-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Pirlo: “Irridu nkomplu naħdmu”

https://www.youtube.com/watch?v=0vDFGeMkbsU

Paratici: “Aħna trankwilli dwar Dybala”

“Ninsabu trankwilli dwar Dybala, kif konna s-sena li għaddiet, biex nagħti eżempju, b’De Ligt meta kulħadd jew kważi kien jikkritikah fil-bidu. Fl-istess ħin u bl-istess mod ninsabu trankwilli dwar Dybala. Nafu xi plejer hu, x’persuna hu, bniedem serju, eżiġenti ħafna miegħu nnifsu, u allura dis-sena, bħas-snin l-oħra, se jagħtina daqqa t’id kbira u jiswina ta’ għajnuna kbira. Se jkun plejer deċiżiv kif dejjem kien.” Hekk tkellem Paratici dwar Dybala ftit tal-minuti qabel Benevento-Juventus.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Benevento u Juventus

BENEVENTO (4-3-2-1): Montipò; Letizia, Glik, Caldirola, Barba; Hetemaj, Schiattarella, Ionita; Improta, Caprari; Lapadula. 

JUVENTUS (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Danilo, De Ligt, Frabotta; Chiesa, Arthur, Rabiot, Ramsey; Dybala, Morata. 

Kif x’aktarx se jilagħbu Benevento u Juventus

Benevento (4-3-2-1): Montipò; Letizia, Caldirola, Glik, Barba; Hetemaj; Schiattarella, Ionita; Insigne, Caprari; Moncini.

Juventus (4-3-1-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Bentancur, Arthur, Rabiot; Kulusevski; Morata, Dybala.

Sors: Sportmediaset

Benevento-Juventus. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Ma tantx hemm wisq x’tgħid dwar il-konfronti tal-passat bejn Juventus u Benevento. Fil-fatt fil-kotba tal-istorja nsibu biss żewġ konfronti uffiċjali bejn it-timijiet. Il-konfronti jmorru lura għas-sena 2017/18 meta Benevento għall-ewwel darba lagħbu fis-Serie A. F’dak l-istaġun Juventus għelbu lil Benevento 2-1 fl-Allianz Stadium u 4-2 f’dar l-avversarji. Il-filmati t’hawn taħt juruna l-aqwa siltiet tal-partiti.

Mistrieħ għal Ronaldo

Cristiano Ronaldo ma ġiex mgħajjat għall-partita kontra Benevento. Hu jinsab tajjeb biss Pirlo tah jumejn frank sabiex ikun jista’ jirrilassa u jistrieħ wara xahar ferm impenjattiv.

Matthew Scerri