Posts

Lazio qed jittamaw li jirkupraw tlett iplejers

Għada, lejlet Lazio-Juventus, se jsiru l-iswab tests lil kull plejer taż-żewġ timijiet kif jitlob il-protokoll tal-FIGC. Lazio qed jittamaw li Immobile, Leiva u Strakosha ma jirriżultawx pożittiv sabiex ikunu jistgħu jilagħbu kontra Juventus.

Matthew Scerri

Lazio-Juventus. Ħarsa statistika lejn il-konfronti tal-passat

S’issa ntlagħab 183 konfront uffiċjali bejn Juventus u Lazio. Juventus rebħu 94 minn dawn il-partiti, filwaqt li kien hemm 43 draw u 46 rebħa għal Lazio. Komplessivament Juventus skurjaw 315 gowl u qalgħu 204 gowl  f’dal-partiti. Fis-Serie A kien hemm total ta’ 152 partita, b’82 rebħa għal Juventus, 36 draw u 34 rebħa għat-tim tal-kapitali. Il-konfronti tas-Serie Abejn Juventus u Lazio fl-Istadio Olimpico kienu 76 s’issa. Juventus kisbu l-ikbar numru ta’ rebħiet (33). Il-bqija tal-konfronti raw 18-il draw u 25 rebħa għal Lazio.

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tas-7 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Sassuolo-Udinese: Abbattista

Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Cagliari-Sampdoria: Ayroldi

Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.

Benevento-Spezia: Aureliano

Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Parma-Fiorentina: La Penna

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.

Lazio-Juventus: Massa

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Atalanta-Inter: Doveri

Genoa-Roma: Irrati

Torino-Crotone: Fourneau

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.

Bologna-Napoli: Pasqua

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Milan-Verona: Guida

Matthew Scerri

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Spezia-Juventus

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Spezia u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 66% tal-voti, segwit minn Morata b’18% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Arthur b’9% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Ir-riżultati tal-partiti tas-6 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 31 ta’ Ottubru 2020, 3.00 p.m.

Crotone-Atalanta 1-2

Is-Sibt 31 ta’ Ottubru 2020, 6.00 p.m.

Inter-Parma 2-2

Is-Sibt 31 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m.

Bologna-Cagliari 3-2

Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.

Udinese-Milan 1-2

Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Torino-Lazio 3-4

Spezia-Juventus 1-4

Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.

Roma-Fiorentina 2-0

Napoli-Sassuolo 0-2

Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Sampdoria-Genoa 1-1

It-Tnejn 2 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Verona-Benevento 3-1

Matthew Scerri

Spezia-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Spezia-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com