Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Verona-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. Sors: Juventus.com
Ir-riżultati tal-partiti tat-22 Ġurnata tas-Serie A
Il-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m. Bologna-Benevento 1-1 Is-Sibt 13 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m. Torino-Genoa 0-0 Is-Sibt 13 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m. Napoli-Juventus 1-0 Is-Sibt 13 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m. Spezia-Milan 2-0 Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021, 12.30 p.m. Roma-Udinese 3-0 Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m. Sampdoria-Fiorentina 2-1 Cagliari-Atalanta 0-1 Il-Ħadd 14 ta’ Frar …
Anniversarju: 14/2/1961 Sivori jirbaħ il-Ballun tad-Deheb
Bħal-lum fl-1961 Omar Sivori kien sar l-ewwel plejer Juventin li qatt rebaħ il-Ballun tad-Deheb. Dan il-filmat ifakkarna ftit min kien dan il-ġenju tal-futbol.
Filmat: Il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ Pirlo fi tmiem Napoli-Juventus
Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Napoli-Juventus
Napoli-Juventus 1-0
Waslet telfa oħra għal Juventus wara tliet rebħiet konsekuttivi fil-kampjonat. Għall-kuntrarju ta’ dak li rajna fis-Super Cup, did-darba Juventus niżlu b’inqas grinta fil-grawnd. Fl-Ewwel Taqsima t-tim deher slow wisq u spiss il-logħob kien ibbażat fuq azzjonijiet individwali iktar milli lagħbu kollettivament bħala tim. Napoli marru fil-vantaġġ b’penalty mogħti minn Insigne għal żball ta’ Chiellini. Fit-Tieni Taqsima t-tim Juventin deher jilgħab …
400 partita fis-Serie A għal Chiellini
Napoli-Juventus kienet il-partita numru 400 fis-Serie A fil-karriera ta’ Giorgio Chiellini. Hu lagħab 37 partita bil-flokk ta’ Fiorentina u 363 partita ma’ Juventus. Infakkru li l-plejer li lagħab l-aktar fl-istorja tas-Serie A hu Gigi Buffon (653 partita s’issa). Matthew Scerri
Rekord storiku għal Napoli-Juventus
Napoli-Juventus tal-lum hi partita storika. Fil-fatt din hi l-ewwel darba mill-1929 ‘l hawn, jiġifieri minn meta nħoloq il-format attwali tal-kampjonat Taljan, li partita tat-Tieni Rawnd qed tintlagħab qabel dik tal-Ewwel Rawnd. L-anomalija ta’ dis-sena hi anki li s’issa għadna ma nafux meta se tintlagħab Juventus-Napoli li kienet tħassret fl-4 ta’ Ottubru li għadda. Matthew Scerri
Interess minn klabbs tal-Premier League f’Rabiot
Carlo Ancelotti għadu jrid b’saħħa lil Adrien Rabiot ma’ Everton skont Todofichajes.com. Jidher li hemm anki klabbs oħra mill-Premier League li qed juru interess fih. Min-naħa tagħhom Juventus jidhru li lesti jisimgħu l-offerti tal-klabbs konċernati. L-unika kundizzjoni hi li min irid jixtrih irid minn tal-inqas joffri 30 miljun Ewro. Matthew Scerri
Uffiċjali: Kif se jibdew Napoli u Juventus
Napoli (4-2-3-1): Meret, Di Lorenzo, Rrahmani, Maksimovic, Mario Rui, Bakayoko, Zielinski, Politano, Insigne, Lozano, Osimhen. Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Chiellini, Danilo; Bernardeschi, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Morata, Ronaldo.