Suarez għadda mill-eżami

MatthewJuve News Leave a Comment

Luis Suarez wasal l-Italja llum għall-ħabta tat-3 ta’ waranofsinhar permezz ta’ titjira privata. Hu nar fl-Università degli Stranieri ta’ Perugia u għamel l-eżami meħtieġ biex jikseb iċ-ċittadinanza Taljana.  Suarez għadda mill-eżami u  għaldaqstant l-passaport tiegħu għandu jinħareġ. Ma nafux f’dan l-istadju kemm teknikament se jgħaddi żmine biex mil-lat burokratiku jintemm il-proċess kollu u Suarez jingħata d-dokumenti meħtieġa. Matthew Scerri

Allegatament Suarez wasal Perugia!

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi siti qed jagħtu l-aħbar li Luis Suarez verament se jkun Perugia llum waranofsinhar għall-eżami tat-Taljan. Goal.com qed jagħtu d-dettalji: Suarez qabad titjira privata mill-ajruport ‘El Prat’ fis-1.15 ta’ waranofsinhar b’destinazzjoni Perugia fejn se jsir l-eżami. Dan l-eżami jħoll u jorbot jinħariġlux il-passaport Taljan. Issa d-domanda hi: jekk verament din l-aħbar tkun konfermata, Suarez qed jagħmel l-eżami għax għadu f’negozjati …

Giroud jista’ jkun l-attakkant il-ġdid ta’ Juventus wara l-problemi biex jinkisbu Suarez u Dzeko

MatthewJuve News Leave a Comment

Dak kollu li qed jiġri f’dawn is-sigħat hu tassew inkredibbli. Juventus jidhru li ddeċidew li ma jiffirmawx lil Suarez minħabba li l-passaport tiegħu se jdum ma jinħareġ. It-trasferiment ta’ Dzeko mill-banda l-oħra jinsab  imwaqqaf peress li Milik għandu ma jridx jaċċetta li jingħaqad ma’ Roma. Nafu li Roma mhux se jitilqu minn idejhom lil Dzeko qabel Milik ikun iffirma magħhom. …

Dzeko bħalissa jidher li għandu iktar ċans minn Suarez li jsir l-attakkant il-ġdid ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn Spanja ma tantx qed jaslu aħbarijiet sbieħ. Fil-fatt jidher li l-passaport ta’ Suarez se jdum ma jinħareġ, probabbli wara l-5 ta’ Ottubru meta jagħlaq is-suq tat-trasferimenti. Hu veru li jekk Suarez ixolji l-kuntratt ma’ Barcellona hu jkun jista’ jiffirma ma’ Juventus wara l-5 ta’ Ottubru, però probabbli dan ikun ifisser li sa Jannar hu ma jkunx jista’ jilgħab fl-Ewropa. …

Sinjali dwar Suarez u Dzeko

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-partiti ta’ ħbiberija tal-lum jagħtuna indikazzjonijiet marbuta mas-suq tat-trasferimenti. Minn banda kellna lil Suarez li ma ġiex mgħajjat minn Barcellona għall-partita kontra Tarragona. Dan qed jinqara bħala sinjal li hu imminenti t-tluq tiegħu mit-tim ta’ Barcellona. Dzeko, mill-banda l-oħra, beda mill-ewwel minuta kontra Cagliari u allura nifhmu li Roma bħalissa ma jridux jitilquh minn idejhom. Matthew Scerri

Suarez. Qed jingħad minn kollox

MatthewJuve News Leave a Comment

Jum ieħor ta’ stennija u tertieq il-qalb għas-supporters Juventini li qed jistennew żviluppi dwar Suarez. Illum kellna rollercoaster ta’ aħbarijiet. L-ewwel bdew Deportes Cuatro li taw l-aħbar li Suarez jippreferi jingħaqad ma’ Atletico, filwaqt li Morata jixtieq jirritorna ma’ Juventus. Imbagħad TV3 bdew jirrapurtaw li Koeman baqa’ sorpriż b’dak li ra mingħand Suarez waqt it-taħriġ. Imbagħad, tkellem il-ġurnalist Guillem Balague …

Depay se jieħu post Suarez ma’ Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

Barcellona identifikaw f’Memphis Depay is-sostitut ta’ Suarez. Nafu li l-attakkant Urugwajan jinsab qrib li jingħaqad ma’ Juventus jew Atletico Madrid f’każ li l-passaport jilħaq ma joħroġx. Minflok Suarez, Koeman talab l-akkwist ta’ Depay. F’das-sens qed jissemma li Barcellona offrew 25 miljun Ewro flimkien ma’ Umtiti għal Depay. Matthew Scerri

Għada Suarez mistenni jitlob il-passaport Taljan

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-programm Polideportivo, li jixxandar fl-Urugwaj, ta l-aħbar li għada Suarez se jmur fil-Konsolat Taljan f’Barcellona sabiex jitlob il-passaport Taljan. Se jsirlu eżami żgħir kif normalment isir f’dal-każijiet. Wara li jikseb il-passaport, probabbli li jkollna indikazzjonijiet meta t-trasferiment se jkun jista’ jseħħ realment. Matthew Scerri