Entries by Matthew Scerri

Mill-ġdid mixlija bi ksur tal-prinċipju ta’ lealta’ sportiva

Il-Procura Federale bagħtet notifika uffiċjali lil Juventus u lil seba’ uffiċċjali tagħha (uħud minnhom eks-uffiċċjali) li se jitressqu quddiem is-sezzjoni dixxiplinari tal-Qorti Federali sabiex jirrispondu għall-akkużi li kisru l-artiklu 4 tal-Kodiċi tal-Ġustizzja Sportiva. Is-seba’ uffiċċjali huma: Andrea Agnelli, Nedved, Paratici, Cherubini, Manna, Braghin u Morganti. Kollha kemm huma se jkunu mixlija li kisru l-artiklu 4, […]

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Sevilla

Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita kontra Sevilla huma dawn li ġejjin: Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin. Difensuri: Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Rugani, Barbieri. Plejers ta’ nofs il-grawnd: Locatelli, Cuadrado, Kostic, Miretti, Rabiot, Paredes, Fagioli. Attakkanti: Chiesa, Vlahovic, Milik, Kean, Di Maria, Iling-Junior. Matthew Scerri

L-intervista li fiha Bonucci jsemmi d-data meta se jirtira

Leonardo Bonucci ħabbar li l-istaġun 2023/24 se jkun l-aħħar wieħed fil-karriera tiegħu. F’intervista mogħtija lill-istazzjoni uffiċjali ta’ Juventus, Bonucci għamel riferiment għall-BBBC (Buffon, Barzagli, Bonucci u Chiellini) u sostna li jħossu kburi li kien jifforma parti minn din id-difiża li ħalliet impatt qawwi fl-ewwel parti tas-Seklu XXI. Matthew Scerri

Pogba barra mill-azzjoni għall-kumplament tal-istaġun

L-istaġun sfurtunat ta’ Paul Pogba wasal fi tmiemu hekk kif illum kien ikkonfermat li hu sofra injury muskolari f’koxxtu x-xellugija. L-entità tal-injury mhix gravi. Fl-istqarrija ta’ Juventus m’hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jibqa’ barra, biss diversi sorsi qed isostnu li hu se jdum wieqaf minn tal-inqas tliet ġimgħat. Kif kulħadd jaf l-injuries żammew lil […]

Ftit kunsiderazzjonijiet dwar il-motivazzjonijiet tas-sentenza tal-Collegio di Garanzia

Il-Collegio di Garanzia tal-CONI ppubblika d-dokument li fih jagħti l-motivazzjonijiet tas-sentenza tal-20 ta’ April li għadda meta kien għamar li l-kawża kontra Juventus b’rabta mal-plusvalenze kellha terġa’ tinstema’. Id-dokument hu wieħed tassew twil (75 paġna!) u minnu nistgħu nisiltu xi punti tassew importanti. Qabelxejn il-Collegio ta raġun lill-Prosekutur Chine’ u lill-Qorti tal-Appell tal-FIGC f’dak li […]