Entries by Matthew Scerri

Cambiaso mistenni jkun Turin nhar il-Ġimgħa

Nhar il-Ġimgħa Andrea Cambiaso mistenni jkun Turin għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Il-klabbs ilhom miftehim u s’issa t-trasferiment għadu ma ġiex ifinalizzat minħabba li Dragusin għadu ma aċċettax li jingħaqad ma’ Genoa bħala parti minn dal-ftehim. Jekk Dragusin finalment jgħid ‘le’ lil Genoa, il-klabbs se jerġgħu jiltaqgħu biex isibu ftehim alternattiv, jiġifieri Genoa […]

Bayern Munich ukoll interessati f’De Ligt

Ftit li xejn jidher li hemm tama li Matthijs De Ligt jibqa’ ma’ Juventus. Kliem Arrivabene ftit tal-jiem ilu, juri biċ-ċar li r-rieda ta’ De Ligt hi li jitlaq u jibda esperjenza ġdida ma’ klabb ieħor. Nafu li Chelsea jriduh u allegatament offrew 70-75 miljun Ewro flimkien ma’ 10 miljuni oħra f’bonuses. Fl-aħħar sigħat, mill-Ġermanja, […]

Uffiċjali: Mandragora mibjugħ lil Fiorentina

Juventus ħabbru li bigħu lil Rolando Mandragora lit-tim ta’ Fiorentina għas-somma ta’ 8.2 miljun Ewro, liema somma se titħallas fi tliet rati. Ma’ dis-somma hemm anki performance bonus li jammonta għal 1 miljun Ewro. Matthew Scerri

Zaniolo msemmi b’saħħa ma’ Juventus

Kulma jmur Nicolò Zaniolo qed jissemma dejjem iktar b’saħħa ma’ Juventus. Minn dak li qed jiġi rrapurtat, jidher li r-rieda ta’ Zaniolo hi li jitlaq lil Roma biex jingħaqad ma’ Roma. It-taħdidiet ma’ Roma għall-kuntratt il-ġdid tiegħu huma weqfin bil-partijiet mhux jirnexxilhom jiddjalogaw. Zaniolo jrid jitlaq. Roma jridu jżommuh biss fehmu li l-plejer għandu intenzjonijiet […]

Bdejna!

L-istaġun 2022/23 beda uffiċjalment hekk kif bdew deħlin lura mill-vaganzi wħud mill-plejers. Il-preseason jibda nhar it-Tnejn 10 ta’ Lulju, biss il-plejers li qed jirkupraw minn injury u dawk li ma kellhomx impenji mat-tim nazzjonali rispettiv, diġà nġabru fil-Continassa biex jibdew it-taħriġ tagħhom. Il-plejers in kwistjoni huma: Arthur, Fagioli, De Sciglio, Pjaca, Zakaria, Danilo, Kean, Chiesa […]

Di Maria u Pogba waslu biex jaslu!

Għalkemm l-aħbar mhix waħda uffiċjali, jidher li l-ġimgħa d-dieħla Angel Di Maria u Paul Pogba se jkunu qed jaslu Turin wara li l-vaganzi tagħhom waslu fi tmiemhom. Huma se jkunu qed jagħmlu t-testijiet mediċi u wara jiffirmaw il-kuntratti li se jorbtuhom ma’ Juventus. It-tnejn li huma, l-istess bħal bqija ta’ sħabhom, se jkunu qed jibdew […]

Bidliet fin-numru tal-flokkijiet ta’ Chiesa u Vlahovic

Direttament mis-sit tal-Juventus Store, saret magħrufa bidla fin-numri tal-flokkijiet ta’ Federico Chiesa u Dusan Vlahovic. L-attakkant Serb se jkun qed jilbes il-flokk numru 9, filwaqt li Chiesa se jkollu n-numru 7. Fil-ġimgħat li għaddew kien hemm ħafna xnigħat li Chiesa se jkun qed jingħata l-flokk numru 10 wara t-tluq ta’ Dybala, b’Cuadrado jieħu lura n-numru […]

Il-preseason Juventin 2022/23 jibda fl-10 ta’ Lulju

Juventus ħabbru li l-preseason 2022/23 se jkun qed jibda uffiċjalment fl-10 ta’ Lulju. Ġimgħa qabel, jiġifieri mill-4 ta’ Lulju, se jkunu qed jaslu fil-JTC tal-Continassa uħud mill-plejers Bianconeri li qed jirkupraw minn xi injury jew li ma kinux impenjati mat-timijiet nazzjonali rispettivi. Fl-10 ta’ Lulju t-tim kollu se jkun fil-Continassa għat-testijiet mediċi tal-bidu tal-istaġun u […]

Id-dati tas-suq tat-trasferimenti

Is-suq tat-trasferimenti fl-Italja se jkun qed jiftaħ mil-lum 1 ta’ Lulju u se jagħlaq fl-1 ta’ Settembru 2022. Is-sessjoni tax-xitwa se tkun qed tinżamm bejn it-2 u l-31 ta’ Jannar 2023. Matthew Scerri