Entries by Matthew Scerri

Ottimiżmu dwar Di Maria

Illum Angel Di Maria hu mistenni li jagħti r-risposta definittiva tiegħu lil Juventus. F’dal-jiem hu jinsab Ibiza jqatta’ l-btajjel tiegħu u proprju llum mistenni jitkellem mal-aġenti tiegħu dwar il-proposta ta’ Juventus. Jidher li fl-ambjent Juventin hemm ottimiżmu qawwi li Di Maria se jkun qed jaċċetta l-proposta mressqa lilu min-naħa ta’ Juventus. Il-ġimgħa li għaddiet għolliet […]

Id-dettalji tal-ftehim bejn Juventus u Atalanta għal Demiral

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali d-dettalji tal-ftehim li permezz tiegħu Atalanta xtraw lil Merih Demiral għal kollox. Kif maqbul bejn il-klabbs sena ilu, Atalanta kisbu lil Demiral għas-somma ta’ 20 miljun Ewro, liema somma se titħallas f’erba’ rati. Ma’ dis-somma jistgħu eventwalment jiżdiedu performance bonuses sa massimu ta’ 2.5 miljun Ewro Barra minn hekk Juventus se […]

Torricelli u Legrottaglie żaru l-Club tagħna

Żjara qasira però ta’ suċċess bħal dejjem. Nicola Legrottaglie u Moreno Torricelli żaru llum il-premises tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) u baqgħu impressjonanti bil-kobor tal-klabb kif ukoll bl-organizazzjoni. Se inkomplu fejn ħallejna qabel il-Covid u għalekk nibqa’ nħeġġiġkom sabiex tidħlu membri magħna ħalli tgawdu magħna. Kif dejjem ngħid: IL-MEMBRU HUWA PRIORITÀ Joseph Fenech President

Żjara ta’ Torricelli u Legrottaglie fil-Club tagħna

Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Ġunju 2022 se jkollna fostna ġewwa l-Club lil Moreno Torricelli u Nicola Legrottaglie. Dawn se jkunu fostna fl-okkażjoni tal-Cruise li Radio Bianconera se tkun qiegħda tagħmel fil-Mediterran. Dħul esklussiv għall-membri 2021/22 jew 2022/23 biss. Għaldaqstant min għadu mhux imsieħeb inħeġġuh jagħmel dan billi jiklikkja hawn: Issieħeb Magħna Din l-istedina hija miftuħa […]

Juventus għadhom ma ressqu ebda offerta għal Kostic

Qed ikun hemm diversi rapporti li Juventus għandhom ftehim biex jiksbu lill-midfielder mal-linja xellugija ta’ Eintracht Frankfurt, Kostic. Hu qed ikun indikat bħala s-sostitut ta’ Bernardeschi fit-tim ta’ Allegri. Minkejja l-ħafna għidut li kien hemm fl-aħħar jiem, s’issa jirriżulta li Juventus għadhom ma ressqu ebda offerta għal Kostic. Fuqu hemm interess qawwi minn Inter, li […]

De Ligt mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus

Matthijs De Ligt wisq probabbli se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus das-sajf. L-aġenti tal-Olandiż jinsabu f’taħdidiet ma’ Juventus. Qed ikun irrapurtat li l-partijiet għandhom ftehim bejniethom dwar il-kuntratt il-ġdid. L-uniku punt li għad irid jinstab qbil dwaru hu marbut mal-klawżola fil-kuntratt li permezz tagħha De Ligt ikun jista’ jinħall mill-kuntratt ma’ Juventus. Fil-kuntratt […]

L-aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti (24 ta’ Mejju)

Is-suq tat-trasferiment qed ikompli jiddomina l-gazzetti, il-website u l-programmi tat-televixin. Dan li ġej hu dak li laqatna matul il-ġurnata tal-lum. Morata – L-Ispanjol dejjem stqarr li jqis lil Juventus il-familja tiegħu. Nafu li Juventus lesti jżommuh imma mhux se jonfqu l-35 miljun li kienu parti mill-ftehim ma’ Atletico Madrid sentejn ilu. Nafu wkoll li l-istrateġija […]

Atalanta mistennija jixtru lil Demiral

Merih Demiral wisq probabbli mhux se jkun qed jirritorna ma’ Juventus das-sajf. Wara l-aħħar partita ta’ Atalanta, Demiral kiteb fuq is-social media messaġġ li bih sellem lis-supporters tat-tim tiegħu. Ħafna ħasbu li dan kien ifisser li Atalanta ma kinux se jixtru lil Demiral għal kollox u kienu se jibagħtuh lura ma’ Juventus. Madankollu jidher li […]