L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Sporting CP

STQARRIJA – 48 sena ta’ storja

Għeluq it-48 sena tal-klabb. Stqarrija mill-president Joseph Fenech

🎊🥂 Happy Anniversary lill-klabb uniku għall-Juventini Maltin kollha.

48 Sena ta Storja u Suċċessi. B’wicci minn quddiem ngħid li aħna minn dejjem konna minn ta l-ewwel u uniċi f’kollox.

Minn QALBI ngħid GRAZZI lilkom il-membri tas-sostenn tagħkom tul dawn iż-żminijiet.

🥂 Awguri JCMVA 🥂

48 sena ilu twaqqaf il-Juventus Club (Malta)

Illum qed niċċelebraw l-isbaħ u l-iktar anniversarju għal qalbna, dak tat-twaqqif tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975). Kien proprju fit-13 ta’ April 1975 li ssejħet l-ewwel Laqgħa Ġenerali tal-Club u dakinhar kien imwaqqaf uffiċjalment il-Club tagħna.

Ftit xhur qabel, preċiżament fit-8 ta’ Frar 1975, fil-gazzetta ‘Il-Ħajja’ deher avviż li permezz tiegħu l-Juventini kollha ta’ dawn il-gżejjer ġew mistiedna jingħaqdu u jerġgħu jagħtu ħajja ġdida lill-Club Nazionale Amici della Juve (Malta), li kien imwaqqaf f’Malta fl-1964 u li kien spiċċa fix-xejn ftit snin wara.

L-avviż tal-1975 kien sar minn Tony Dimech, illum wieħed mill-Presidenti Onorarji tal-Club, li fl-avviż stieden lil dawk kollha interessati b’dan il-kliem: “Il-partitarji kollha juventini li jixtiequ jsiru membri tal-Club Nazionale Amici della Juve (Malta) huma ġentilment mitluba jiktbu u jibagħtu 1c 5m f’bolol lil Tony Dimech, Barbara Bastion, il-Belt.”

L-inizjattiva ta’ Tony Dimech qanqlet mill-ġdid l-interess ta’ diversi Juventini Maltin, fosthom in-Nutar Cachia u Manwel Scerri. Huma bdew jiltaqgħu u jaraw kif setgħu jħejju għat-twaqqif tal-Club il-ġdid fuq bażi iktar sodi minn dawk tas-Snin Sittin.

Fis-16 ta’ Marzu 1975, fil-Każin tal-Banda La Vallette fil-Belt, saret laqgħa informali għal dawk kollha interessati f’din l-inizjattiva. Dakinhar inħatret Kummissjoni Speċjali bl-għan li tħejji l-preparattivi u s-sejħa għal-Laqgħa Ġenerali li fiha kellu jitwaqqaf uffiċjalment il-Club u jinħatar l-ewwel Kumitat Eżekuttiv li kellu jmexxi lill-Club.

Il-Kummissjoni sejħet l-ewwel Laqgħa Ġenerali fl-istorja tal-Club nhar il-Ħadd 13 ta’ April 1975 u għaliha kien preżenti 46 persuna. Għal darb’oħra intużat is-Sala tal-Każin La Vallette. Il-Laqgħa Ġenerali approvat it-twaqqif tal-Club bl-isem ta’ Juventus Club (Malta) fost entuzjażmu kbir ta’ dawk kollha preżenti.

Matul il-Laqgħa ġie wkoll elett l-ewwel Kumitat Eżekuttiv li mexxa lill-Club għas-sena 1975/76. In-Nutar Joseph Cachia bħala Chairman u s-Sinjuri Richard Muscat u Robert Caruana kienu magħżula biex imexxu l-elezzjoni. Immedjatament iċ-Chairman staqsa min fost il-membri preżenti xtaq jikkontesta l-elezzjoni. Kien hemm ħdax-il persuna interessata, fosthom anki mara (ħaġa mhux daqstant komuni għal dawk iż-żminijiet meta n-nisa ftit li xejn kienu jinteressaw ruħhom fil-futbol). Minn dawn kellhom jintgħażlu seba’ persuni biex jiffurmaw l-ewwel kumitat. Wara li ntlaqgħu n-nominazzjonijiet kollha, beda l-proċess tal-votazzjoni. Ir-riżultat tal-votazzjoni kien:

Riżultati tal-votazzjoni għall-Kumitat 1975/76
Tony Dimech 46 vot
Manwel Scerri 42 vot
Joseph Aloisio 40 vot
Carmelo Vella 38 vot
Albert Callus 36 vot
Charles Galea 28 vot
Publius Vassallo 22 vot
Joe Attard u Josephine Galea 20 vot
Mario Troisi 14-il vot
Lino Bonello 10 voti

Bil-qari tar-riżultat tal-votazzjoni, saru magħrufa l-ismijiet tal-ewwel seba’ eletti li ffurmaw l-ewwel Kumitat Eżekuttiv fl-istorja tal-club li kellu jservi għall-perjodu ta’ sena 1975/76.

Fi tmiem il-laqgħa, in-Nutar Joseph Cachia u s-Sur Franco Facchetti (illum t-tnejn mejta) kienu unanimament maħtura l-ewwel Presidenti Onorarji fl-istorja tal-Club bħala rikonoxximent għall-ħidma, il-kollaborazzjoni u l-għajnuna bla qies li taw biex setgħet tibda t-triq twila iżda glorjuża tal-Juventus Club (Malta).

Minn dakinhar għaddew 48 sena. Tmienja u erbgħin sena ta’ storja rikka immens, snin ta’ ħbiberija u għaqda li dejjem irrenjat fil-Club tagħna, snin ta’ imħabba inkundizzjonata lejn it-tim Juventin. Illum ninsabu kburin immens li l-Club wasal għal dan l-anniversarju u ninsabu konvinti li għad fadallu ħafna paġni sbieħ x’jikteb.

Matthew Scerri u Manwel Scerri

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ April)

Illum qed inwasslulkom partita tal-1953 bejn Juventus u Milan mill-‘Archivio Storico dell’Istituto Luce’. Skor finali 1-2 għal Juventus. Il-gowls Bianconeri kellhom il-firma ta’ Praest u Boniperti.

Mafja Organizzata

Mafja organizzata minn fuq sa isfel, cara daqs il-kristall il-bierah apparti prestazzjoni medjokri u opaka mit-tim taghna li konna f’wahda minn dawk il-granet bla sistema, bla determinazzjoni u bla hegga. Assistejna ghal skandli kbar u carezza li dhalna fi gwerra mitlufa kontra s-sistema mhux biss taljana imma ewropeja biex ma’ nghidx mondjali li ma nafx kif u meta ser nohorgu minna.

Hasra li dan l-ahhar fl-artikli ftit qed nitkellem dwar il-loghba ghax is-sitwazzjoni mhux sabiha u bhali qed taraw x’qed nsoffru. Il-bierah l-episodji tant kienu evidenti li taqta qalbek u tirrasenja ruhek ghal affarijiet terribli l-quddiem. Nerga nghid l-club taghna, kowc u players aktar jaghmluli demmi ilma meta narahom bilkemm jifthu halqom u nibqa nghid x’ma jghaddux minn fuqna!

Inkredibli l-azzjoni tal-vantagg ta’ lazio apparti li minn dik in-naha naqalaw gowls bl-amment b’Alex Sandro u Kostic li huma soft wisq fid-difiza imma li lanqas il-var ma’ jara fawl bhal dak hija mizerabli. Bl-imgieba ta’ Milinkovic Savic li mal-ewwel hares lejn ir-referee kienet prova lampanti ta’ x’ghamel!

Biex ma’ ninsewx 2 kazi ta’ penalties favurina l-ewwel fuq Rabiot u dak fuq Chiesa li kien aktar car. Naturalment fuq it-titli tal-gazzetti dalghodu bilkemm jissemmew dawn l-affarijiet anzi xejn u bl-imgieba tas-socjeta taghna aktar ser inlaqtu.

Mil-bierah sirna nafu li meta timbotta ftit m’huwiex fawl ghax hekk qal Milinkovic Savic! Imbuttajtu imma ftit!!

Izda ma’ rridx ninsa l-mizerja ta’ loghba li laghbna, xhieda ohra ta’ stagun u tim qisu bandla ftit mumenti tajbin u ohrajn tal-biza u medjokri. Determinazzjoni ta’ xejn u hadt mhu kapaci jaghti pass tajjeb jew jaqbez avversarju. Ikompli l-misteru Vlahovic, player li sirt kontra qalbi nghid inutli anzi jtellef lanqas biss izomm ballun mhux talli hekk talli jitlef il-ballun u reazzjoni ta’ xejn (mudell fil-pitch).

Sfortunatament dik hi s-sitwazzjoni! Dan hu l-istagun li igri jghaddi ha naraw x’ser jigri minna. Mil-bqija dan it-tim ma’ tistax tohodlu kopja ghax kif jghid il-Malti jew nejja jew mahruqa.

FORZA JUVE DEJJEM