Juventus għadhom ma ressqu ebda offerta għal Kostic

Qed ikun hemm diversi rapporti li Juventus għandhom ftehim biex jiksbu lill-midfielder mal-linja xellugija ta’ Eintracht Frankfurt, Kostic. Hu qed ikun indikat bħala s-sostitut ta’ Bernardeschi fit-tim ta’ Allegri. Minkejja l-ħafna għidut li kien hemm fl-aħħar jiem, s’issa jirriżulta li Juventus għadhom ma ressqu ebda offerta għal Kostic. Fuqu hemm interess qawwi minn Inter, li ilhom ħafna f’negozjati mal-aġent tiegħu, u Roma.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (2 ta’ Ġunju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-2 ta’ Ġunju 2022

Prima Pagina Tuttosport 02/06/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 02/06/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 02/06/2022

Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Ġunju)

Filmat qasir li joħodna lura għas-sena 1967 meta, proprju bħal-lum, Juventus għelbu lil Lazio 2-1 fil-kampjonat.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (1 ta’ Ġunju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-1 ta’ Ġunju 2022

Prima Pagina Tuttosport 01/06/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 01/06/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 01/06/2022

Filmat: Barzagli jintervista lil Allegri

oGY” ]

Anniversarju 31/5/2009 Nedved jirtira mill-futbol

Bħal-lum 13-il sena Pavel Nedved lagħab l-aħħar partita tiegħu bil-flokk ta’ Juventus u b’mod ġenerali waqaf mill-karriera tiegħu ta’ plejer. Komplessivament lagħab 8 staġuni ma’ Juventus b’total ta’ 327 partita u 65 gol. Fi tmien snin rebaħ 4 scudetti. Hi opinjoni ta’ kulħadd li Juventus tilfu l-Finali taċ-Champions League fl-2003 għax Nedved kien sospiż. Dik is-sena Nedved kien l-aqwa plejer fl-Ewropa tant li rebaħ il-Ballun tad-Deheb. Hu minn dejjem ħabb lil Juventus u saħansitra niżel magħna fis-Serie B. Lejn tmiem il-karriera kellu l-opportunità li jingħaqad ma’ Inter, biss hu għażel li ma jmurx magħhom għax kif spjega: “Jien Juventin. Tlift il-flus ta’ Inter, imma żammejt id-dinjità tiegħi.”

L-aħħar partita fil-karriera tiegħu kienet Juventus-Lazio tal-31 ta’ Mejju 2009. Id-destin ried li hu jirtira fi tmiem partita bejn iż-żewġ timijiet li lagħab magħhom fl-Italja. Dakinhar tal-31 ta’ Mejju s-supporters ta’ Juventus sellmulu bl-iktar mod xieraq. Il-video t’hawn taħt jurina x’ġara dakinhar. Barra minn hekk għandkom żewġ videos oħra biex niftakru minn kien Pavel Nedved:

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (31 ta’ Mejju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-31 ta’ Mejju 2022

Prima Pagina Tuttosport 31/05/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 31/05/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 31/05/2022

Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Mejju)

Doppjetta ta’ Vincenco Iaquinta tat rebħa ta’ 2-0 lil Juventus fuq Lazio fl-2009. Dakinhar Pavel Nedved kien lagħab l-aħħar partita tiegħu bil-flokk ta’ Juventus u anki fil-karriera tiegħu.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (30 ta’ Mejju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-30 ta’ Mejju 2022

Prima Pagina Tuttosport 30/05/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 30/05/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 30/05/2022