Id-dati tas-Serie A 2021/22

Il-Lega Calcio llum iddeċidiet id-dati tal-kampjonat 2021/22. Is-Serie A se tibda fit-22 ta’ Awwissu u se tintemm fit-22 ta’ Mejju 2022. Se jkun hemm waqfa tal-Milied bejn it-23 ta’ Diċembru 2021 u s-6 ta’ Jannar 2022. Dawn id-dati għad iridu jkunu approvati mill-FIGC.

Matthew Scerri

Timijiet tal-Lega Pro esklużi mill-Coppa Italia!

Calcio & Finanza qed jirrapurtaw li ntlaħaq ftehim waqt laqgħa tal-Lega Calcio sabiex mill-istaġun li jmiss il-Coppa Italia tkun riservata biss għal timijiet tas-Serie A u tas-Serie B. Timijiet tal-Lega Pro mhux se jkunu jistgħu jieħdu sehem.

Il-futbol tan-nies, il-ħarsien tal-interess taż-żgħar, apparentament huma kunċetti tajbin biss meta jkun jaqblilhom ċerta timijiet!

Matthew Scerri

Min jista’ jieħu post Alex Sandro ma’ Juventus

Alex Sandro jista’ jkun li jitlaq lil Juventus das-sajf. Skont Tuttosport hemm tlett iplejers li jistgħu jiħdulu postu ma’ Juventus: Emerson Palmieri (Chelsea), Gosens (Atalanta) u José Gayà (Valencia). Fl-aħħar sigħat kellna anki rapporti li Gosens irrifjuta offerta mressqa minn Leicester minħabba li hu qed jagħtu l-ewwel preferenza tiegħu lil Juventus.

Matthew Scerri

Chiesa mistenni jibda mill-ewwel minuta kontra Milan

Federico Chiesa jidher li rkupra għal kollox mill-injury li se jkellu u se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Milan. Pirlo għandu bżonnu fil-big match ta’ nhar il-Ħadd li jaf ikun deċiżiv biex Juventus jiksbu post fiċ-Champions League għall-istaġun li jmiss.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (5 ta’ Mejju 2021)

 Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-5ta’ Mejju 2021.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (4 ta’ Mejju 2021)

 Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-4 ta’ Mejju 2021.

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Mejju)

Fl-4 ta’ Mejju 1977 Juventus kienu impenjati fl-ewwel leg tal-Finali  tat-Tazza Uefa kontra Athletic Bilbao. Skor finali 1-0 għal Juventus, gowl ta’ Tardelli.

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Udinese-Juventus

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Udinese u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 79% tal-vot. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri