L-Uefa tikteb lill-Juventus u lill-FIGC
L-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa qed tirraporta li fl-14 ta’ Ġunju Juventus irċevew ittra uffiċjali mingħand l-Uefa fejn kien konfermat li Juventus se jieħdu sehem fiċ-Champions League 2021/22. Kopja tal-ittra ntbagħtet anki lill-FIGC.
Matthew Scerri
Tlettax-il sena ta’ Juventusclubmalta.com
Illum jaħbat it-13-il anniversarju minn meta bdejna dan il-blog ta’ aħbarijiet fil-website www.juventusclubmalta.com. Tlettax-il sena li fihom wassalnilkom kuljum l-aħbarijiet prinċipali dwar Juventus u l-Club tagħna. Nistgħu nġibu ħafna statistika biex infissru s-suċċess tal-website: eluf ta’ artikli kull sena; mijiet ta’ eluf ta’ pageviews (jiġifieri nies li jaqraw l-artikli), u ħafna numri kbar oħra. Għalina l-iktar fatt għażiż għalina hu li intom il-qarrejja turuna li tieħdu gost taqraw u taraw dak kollu li nwasslulkom. L-istatistika turina n-numri imma intom turuna b’ħafna modi s-sentiment wara dawk in-numri. L-imħabba li turuna timlina b’kuraġġ biex inkomplu naħdmu sabiex dil-website tkompli tikber. Is-suċċess tagħna tagħmluh intom. Grazzi!
Matthew Scerri
Tonali mill-ġdid imsemmi ma’ Juventus
Fl-aħħar sigħat kien hemm ħafna spekulazzjonijiet li Juventus jistgħu jiksbu lil Sandro Tonali. Milan lesti jżommuh biss qed ikomplu jinsistu ma’ Brescia biex jinżlu mill-prezz tagħhom. Brescia, għall-ewwel aċċettaw li jinżlu mill-prezz maqbul sena ilu, biss issa li Milan reġgħu talbu tnaqqas ulterjuri mill-prezz maqbul ftit tal-jiem ilu, Brescia bdew jikkunsidraw li jwaqqfu n-negozjati ma’ Milan. Juventus qed jissemmew minn diversi sorsi bħala destinazzjoni probabbli għal Tonali. Tgħid dan hi storja vera jew maħluqa bil-għan li Milan jaċċettaw il-kundizzjonijiet ta’ Brescia?
Matthew Scerri
Bdil Dragusin-Locatelli?
Radu Dragusin qed ikun indikat bħala l-pedina li permezz tagħha Juventus jistgħu jaslu għal Locatelli. Diġà ssemmew plejers oħra bi tpartit ma’ Locatelli: Fagioli, Rovella u Da Graca. Issa l-attenzjoni ta’ Sassuolo jidher li daret fuq Dragusin. Il-klabbs se jkomplu għaddejjin bit-taħdidiet bejniethom bit-tama li jinstab ftehim li jkun jaqbel lil kulħadd.
Matthew Scerri












