Juventus-Milan bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Milan. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

Sors: Juventus.com

Juventus-Milan 0-3

Telfa oħra għal Juventus fi staġun tassew deludenti fejn il-Bianconeri qed jirriskjaw li lanqas jiksbu post fiċ-Champions League. Fl-Ewwel Taqsima Juventus lagħbu tajjeb għalkemm ma ħolqux wisq okkażjonijiet ta’ gowl. Fl-aħħar minuta, imbagħad, Milan marru fil-vantaġġ bi żball ieħor ta’ Szczesny. Ħsibna li kien se jkun hemm reazzjoni fit-Tieni Taqsima, imma Juventus ma kienu kapaċi joħolqu xejn u ħallew lil Milan jiskurjaw żewġ gowls oħra. Partita bħal dik tal-lejla tikkonferma li Pirlo falla miżerament u miegħu hemm uħud mill-plejers li wasal iż-żmien li jsellmu lil Juventus. Iġri tispiċċa din l-aġunija għax aħna s-supporters ma ħaqqniex tim li ma jilgħabx bil-qalb!

JUVENTUS-MILAN 0-3

Skurjaw: Diaz (M), Rebic (M), Tomori (M)

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, de Ligt, Chiellini, Alex Sandro; McKennie, Bentancur (Kulusevski), Rabiot, Chiesa (Dybala); Morata, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
 
Milan (4-2-3-1): G. Donnarumma; Calabria, Kjaer, Tomori, Theo Hernandez; Bennacer (Dalot), Kessie; Saelemaekers (Meite), Diaz (Krunic), Çalhanoglu; Ibrahimovic (Rebic). Kowċ: Pioli.

Referee: Valeri.

Karti sofor: Chiesa (J), Chiellini (J), Diaz (M), Saelemaekers (M).

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Milan

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, de Ligt, Chiellini, Alex Sandro; McKennie, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Morata, Cristiano Ronaldo. 
 
Milan (4-2-3-1): G. Donnarumma; Calabria, Kjaer, Tomori, Theo Hernandez; Bennacer, Kessie; Saelemaekers, Brahim Diaz, Çalhanoglu; Ibrahimovic

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Milan

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Milan huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon. 

Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral. 

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Kulusevski. 

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala.

Matthew Scerri

Ir-riżultati tal-partiti tal-35 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 8 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m.

Spezia-Napoli 1-4

Udinese-Bologna 1-1

Is-Sibt 8 ta’ Mejju 2021, 6.00 p.m.

Inter-Sampdoria: 5-1

Is-Sibt 8 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Fiorentina-Lazio 2-0

Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021, 12.30 p.m.

Genoa-Sassuolo 1-2

Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m.

Benevento-Cagliari 1-3

Verona-Torino 1-1

Parma-Atalanta 2-5

Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021, 6.00 p.m.

Roma-Crotone 5-0

Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Juventus-Milan 0-3

Matthew Scerri

Tikber il-konkorrenza għal Gayà

José Gayà mistenni jkun qed jitlaq lil Valencia das-sajf minħabba li l-kuntratt tiegħu jasal fi tmiemu s-sena d-dieħla. Qed jissemma l-prezz ta’ 25 miljun. Apparti Juventus, il-gazzetti qed isemmu anki li hemm interess min-naħa ta’ Manchester City, Atletico Madrid u Real Madrid. Fil-każ ta’ Juventus, l-interess f’Gayà hu marbut mal-futur ta’ Alex Sandro. Il-Bianconeri jixtiequ jbigħu lil Alex Sandro, biss nafu li mhux se tkun ħaġa faċli minħabba nuqqas ta’ interess fih minn klabbs li realment jistgħu jaffordjaw il-prezz tat-trasferiment u tal-paga tiegħu.

Matthew Scerri

Juventus lesti jipproponu bdil bejn Szczesny u Kean

Fil-jiem li għaddew kellna l-aħbar li Everton huma interessati jiksbu lil Wojciech Szczesny. Issa La Gazzetta dello Sport qed tirraporta li Fabio Paratici jinsab imħajjar li jipproponi lil Everton tpartit bejn Szczesny u Kean. Ovvjament Juventus ikollhom iżidu somma flus peress li Szczesny għandu valur inferjuri għal Kean. Fl-istess ħin, tajjeb li ma ninsewx li PSG għad għandhom kull dritt li jixtru lil Kean għal kollox u allura l-futur tal-attakkant Taljan bħalissa jinsab iktar f’idejn il-klabb Franċiż milli f’dawk ta’ Everton.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (9 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-9 ta’ Mejju 2021.

Bħal-lum fil-passat (9 ta’ Mejju)

Roberto Baggio protagonist fir-rebħa ta’ Juventus fuq Foggia bħal-lum fl-1993. Hu fil-fatt skurja hattrick fil-partita li ntemmet bl-iskor ta’ 4-2 għall-Bianconeri.