Douglas Costa interessat f’ritorn ma’ Gremio, biss …

Il-kowċ ta’ Gremio, Portaluppi stqarr li tkellem ma’ diversi plejers importanti, fosthom Douglas Costa. Skontu, Costa hu interessat ferm li jirritorna ma’ Gremio, għalkemm Portaluppi żied anki li hemm aspetti finanzjarji li jaf ifixklu dat-trasferiment. Douglas Costa bħalissa jaqla’ 6 miljuni fis-sena, somma li l-klabbs Brażiljani ma jaffordjawx.

Matthew Scerri

Filmat: Bulgarija-Italja 0-2

https://www.youtube.com/watch?v=3AvN7TmEBI8

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (29 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-29 ta’ Marzu 2021.

Bħal-lum fil-passat (29 ta’ Marzu)

29 ta’ Marzu 1978. Juventus kienu impenjati kontra Bruges fit-Tazza taċ-Champions. Skor finali tal-partita: 1-0 għal Juventus b’gowl ta’ Bettega.

Uffiċjali: Kif se jibdew il-Bulgarija u l-Italja

Bulgarija: Iliev; D. Dimov, Antov, Bozhikov; Cicinho, Chochev, Kostadinov, Vitanov, Tsvetanov; Delev, Galabinov.

Italja: G. Donnarumma; Florenzi, Bonucci, Acerbi, Spinazzola; Barella, Sensi, Verratti; Chiesa, Belotti, Insigne.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (28 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ Marzu 2021.

Depay: “Għadni ma nafx x’se jiġri”

“Ma nista’ ngħidilkom xejn dwar il-futur tiegħi għax jien stess ma nafux. Malli nkun naf xi ħaġa, ngħidilkom. Ninsab f’sitwazzjoni stramba. Qatt ma kont f’sitwazzjoni li nista’ nkun liberu jew li nista’ nġedded il-kuntratt.” Dan kien il-kumment li Memphis Depay ta lil ESPN u li jixhed li hemm inċertezza sħiħa dwar il-futur tiegħu.

Matthew Scerri

Il-futur ta’ Kean hu fi Franza ma’ PSG

Moise Kean mhux se jitlaq lil PSG fis-sajf. L-attakkant Taljan esprima x-xewqa li jibqa’ mal-klabb Pariġin u Leonardo diġà fetaħ negozjati ma’ Everton biex jixtrih għal kollox. PSG emmnu ferm fih u dan wassal biex Kean fl-aħħar irnexxilu juri t-talent kollu tiegħu.

Matthew Scerri

Icardi mhux beħsiebu jitlaq lil PSG

Mauro Icardi stqarr pubblikament li m’għandu ebda intenzjoni li jitlaq lil PSG. F’intervista mogħtija lill-istazzjoni tal-klabb Pariġin, Icardi qal dan li ġej: “Għalija hu unur li ninsab hawn, kif għidt sa mill-ewwel jum meta wasalt hawn. Ninsab tajjeb u qiegħed f’tim li qed jimmira li jirbaħ ħafna unuri. Dan hu dak li jfittex plejer. Ninsab kuntent li l-klabb xtrani għal kollox u qed joffrili l-possibbiltà li nkompli għall-erba’ snin li ġejjin. Is-sena li għaddiet kienet fantastika u nittama li fis-snin li ġejjin jirnexxilna nitjiebu u nirbħu aktar unuri.”

Matthew Scerri

Il-prezz ta’ Gosens

Atalanta se jkunu qed jitolbu 40 miljun Ewro għal Robin Gosens. Dan hu l-prezz tiegħu skont Il Corriere di Bergamo. It-timijiet interessati fih nafuhom: Juventus, Inter u Manchester City.

Matthew Scerri