L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (11 ta’ Novembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Novembru 2020.
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Novembru 2020.
Immorru lura għall-1990 meta Roberto Baggio kien skurja minn penalty l-gowl deċiżiv li bih Juventus għelbu lil Bologna fil-kampjonat.
Is-sentenza tal-Qorti tal-Appell għar-rikors ta’ Napoli hi tassew iebsa. Fid-dokument naqraw bażikament li Napoli ma ridux jilagħbu u ġabu skuża biex ikunu jistgħu jilħqu l-għan tagħhom. F’das-sens l-ittri tal-ASL fl-ewwel mumenti ma kinux qed iwaqqfu lil Napoli milli jivvjaġġaw u kien wara li Napoli talbu aktar dettalji lill-ASL, li nħarġet l-ittra li ma ħallitx lil Napoli jmorru Turin. Fis-sentenza tiegħu l-Imħallef appella għall-ħarsien tal-prinċipji u l-valuri tal-isports li f’dal-każ ġew nieqsa.
Matthew Scerri
Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza tal-Imħallef tal-Isport. Għaldaqstant Napoli ingħataw telfa walkover ta’ 3-0 u punt imnaqqas fil-klassifika talli ma niżlux għal-logħob kontra Juventus.
Matthew Scerri
Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Lazio u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 24% tal-voti, segwit minn Ronaldo u Rabiot b’20% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem.
Matthew Scerri
Manuel Locatelli qed ikompli jikkonferma li jinsab lest għal qabża ta’ kwalità fil-karriera tiegħu u Paratici hu dejjem iktar konvint li jridu ma’ Juventus. Sassuolo, min-naħa tagħhom, ma tantx jixtiequ jbigħuh f’Jannar biss, skont Calciomercato.com, offerta tajba f’Jannar tista’ tibdlilhom fehemthom. Locatelli qed jingħata valur ta’ 30 miljun, somma li Juventus lesti jonfqu biss il-pagamenti jridu jkunu mqassma fuq numru ta’ snin tipo kif sar għal Morata u għal Chiesa.
Matthew Scerri
Il-Qorti tal-Appell semgħet ir-rikors imressaq minn Napoli b’rabta mas-sentenza tal-Imħallef tal-Isport li kkundannahom għal telfa walkover kontra Juventus u punt imnaqqas fil-klassifika. Napoli qed ikomplu jinsistu li huma obdew ordni tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-Qorti issa se tkun qed taqta’ s-sentenza fil-jiem li ġejjin. Il-każ hu kumpless ferm u allura s-sentenza teħtieġ żmien ta’ riflessjoni.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-10 ta’ Novembru 2020.
Il-Kumitat javża li reklamar ta’ prodotti kummerċjali mhux permessi li jsiru fil-grupp ta’ Facebook tal-Club. Avviżi bħal dawn huma strettament esklussivi għall-isponsors tal-Club biss. Kull tip ta’ reklamar ieħor jiġi mneħħi. Grazzi
Mill-Portugall tasal l-aħbar li fis-sajf 2021 Juventus se jkunu qed jikkunsidraw joffrux kuntratt ġdid lil Ronaldo. Fil-pjanijiet hemm tiġdid sal-2023, biss id-deċiżjoni definittiva se tittieħed fi tmiem l-istaġun wara li jkunu ġew meqjusa l-aspetti kollha, tekniċi u finanzjarji, tal-kuntratt il-ġdid.
Matthew Scerri