Paratici: “Imxejna b’mod trasparenti u skont ir-regolamenti”

Intervistat minn Sky, Paratici qal il-verżjoni tiegħu dwar il-każ Suarez. Hu stqarr: “Kien il-possibbiltà li nieħdu lil Suarez u ppruvajna nifhmu kif stajna naslu għalih. Imxejna bl-aktar mod trasparenti u skont ir-regolamenti.”

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Roma u Juventus

ROMA (3-4-2-1): Mirante; Mancini, Ibanez, Kumbulla; Santon, Veretout, Pellegrini, Spinazzola; Mkhitaryan, Pedro; Dzeko. 

JUVENTUS (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini, Cuadrado; Kulusevski, McKennie, Rabiot, Ramsey; Morata, Ronaldo. 

Morata mill-ewwel minuta kontra Roma?

Skont Tuttosport, Andrea Pirlo qed jikkunsidra serjament li jibda lil Morata mill-ewwel minuta kontra Roma. Fil-fatt fil-pjanijiet tiegħu jidher li hemm li Kulusevski jilgħab bħala trekwartista wara l-attakkanti Ronaldo u Morata. Jekk dan ikun il-każ allura Ramsey se jkollu poġġi fuq il-bank tas-sostituti.

Matthew Scerri

Sitt snin ilu l-ewwel gowl ta’ Morata bil-flokk ta’ Juventus

Sitt snin ilu bħal-lum Alvaro Morata skurja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Kien proprju fis-27 ta’ Settembru 2014, f’partita f’Bergamo kontra Atalanta, li Morata sab ix-xibka għall-ewwel darba ma’ Juventus. Minn dakinhar għaddew sitt snin u min jaf jekk id-destin huwiex se jirriservalu l-ewwel gowl tat-tieni esperjenza tiegħu ma’ Juventus proprju fid-data tas-27 ta’ Settembru.

Commisso dwar Chiesa: “Kollox possibbli”

“Għalissa m’hemm xejn imma kollox jista’ jiġri dil-ġimgħa.” Kliem ta’ Commisso li juru biċ-ċar li verament xi ħaġa qed tinħema dwar Federico Chiesa. L-għidut hu li Juventus qed jagħmlu minn kollox biex ibigħu lil Costa u minfloku jiksbu lil Chiesa b’self għal sena u bl-obbligu ta’ xiri fl-istaġun ta’ wara.

Matthew Scerri

West Ham f’kuntatti ma’ Juventus għal Rugani

Allegatament West Ham għamlu kuntatt uffiċjali ma’ Juventus bil-għan li jiksbu lil Daniele Rugani. S’issa jidher li l-Hammers kienu l-uniċi li marru lil hinn minn sempliċi interess f’Rugani. Juventus qed jitolbu somma bejn 20 u 25 miljun Ewro għalih.

Matthew Scerri

Jidher fil-qrib il-ftehim ma’ Khedira

Kmieni l-ġimgħa d-dieħla l-aġenti ta’ Khedira se jkunu qed jiltaqgħu ma’ Paratici f’laqgħa li qed tkun deskritta bħala deċiżiva biex jinstab il-ftehim tant mistenni biex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu. Khedira s’issa dejjem irrifjuta li jaċċetta l-ftehim propost lilu min-naħa ta’ Juventus, forsi minħabba l-biża’ li ma jibqax fil-futbol ta’ livell għoli. Issa, però, jidher li Khedira fehem li m’għandux triq oħra ħlief li jaċċetta peress li ma tantx se jkun hemm spazju għalih ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Diversi klabbs barranin interessati f’Rugani

L-interess f’Daniele Rugani għadu ħaj iktar minn qatt qabel. Skont Tuttosport hemm tliet klabbs tal-Premier League li jriduh: Leeds, Newcastle u West Ham. Sportitalia, mill-banda l-oħra, qed isemmu lil Rennes, Fulham u Sevilla, apparti West Ham imsemmija wkoll minn Tuttosport.

Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta għal Roma-Juventus

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Roma huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon

Difensuri: De Sciglio, Chiellini, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Rugani, Demiral, Frabotta

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Rabiot, Bentancur, Portanova, Kulusevski

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Douglas Costa, Vrioni.

Matthew Scerri