L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (20 ta’ Ottubru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-20 ta’ Ottubru 2020.




Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-20 ta’ Ottubru 2020.




Fl-20 ta’ Ottubru 1996 Juventus lagħbu f’darhom kontra Inter u rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Dakinhar Zinedine Zidane kien skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus.
Kontra kull pronostiku Paulo Dybala jaf ma jibdiex mill-ewwel minuta lanqas kontra Dynamo Kiev. Sky, fil-fatt, qed jirrapurtaw li waqt it-taħriġ tal-lum, Pirlo pprova koppja tal-attakk Morata-Kulusevski b’Ramsey warajhom. Jekk dan verament iseħħ allura jista’ jkun ifisser biss li: Dybala mhuwiex f’sikktu jew mhuwiex 100% match fit, jew inkella hemm problemi bejn Pirlo u l-Arġentin.
Matthew Scerri
Il-plejers Juventini mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Dynamo Kiev huma:
Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon.
Difensuri: Chiellini, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral, Frabotta.
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.
Attakkanti: Morata, Dybala.
Matthew Scerri
Hu dejjem iktar probabbli li Fiorentina jkeċċu lill-kowċ Giuseppe Iachini wara li l-istaġun tagħhom beda fuq nota pjuttost negattiva. Ilbieaħ Fiorentna kisbu biss draw kontra Spezia u f’dan is-sigħat qed ikun deċiż il-futur ta’ Iachini. Jekk jitkeċċa, Sarri hu l-kandidat numru wieħed li joħodlu postu. Qablexejn, imma, Sarri jkun irid jinħall mill-kuntratt ma’ Juventus u allura hemm ċans tajjeb li Juventus jiffrankaw il-paga li kien se jkollhom jagħtu lil Sarri fis-sentejn li ġejjin.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-19 ta’ Ottubru 2020.




Paulo Dybala jidher li xejn ma ħa gost ma daħalx jilgħab fit-tieni taqsima kontra Crotone. Tuttosport qed tirraporta li Dybala tkellem ma’ Paratici u esprimili d-diżappunt tiegħu. Issa qed iħejji sabiex ikun jista’ jilgħab għada kontra Dynamo Kiev.
Matthew Scerri
L-Uefa għażlet lir-referee Ruman, Ovidiu Hategan sabiex imexxi l-partita taċ-Champions League bejn Dynamo Kiev u Juventus. Din mhix l-ewwel darba li Hategan se jkun qed imexxi partita ta’ Juventus fil-kompetizzjonjiet Ewropej.
Matthew Sceri