Il-każ ta’ Suarez. Jissemma isem Paratici imma m’hemmx telefonati min-naħa tiegħu

L-aħbar tal-ġurnata hi li Fabio Paratici jissemma fit-telefonati rrekordjati marbutin ma’ allegati irregolaritajiet fl-eżami tat-Taljan li għamel Luis Suarez. Qam bħal dejjem ħafna kjass u kien hemm diversi appelli għal passi dixxiplinari. Minn dak li nafu s’issa, jidher li f’xi telefonati ssemma l-isem ta’ Paratici. Ma nafux li jeżistu telefonati min-naħa ta’ Paratici jew ta’ xi uffiċċjal ieħor ta’ Juventus. Kulma hemm, għallinqas minn dak li qed ikun irrapurtat, huma kummenti tipo “Paratici hu importanti iktar minn Mattarella”, “irridu ngħinu lill-attakkant tagħna” jew “bih nirbħu ċ-Champions League”. Insomma kliem ta’ supporters li riedu jaraw lil Suarez ma’ Juventus. Ma hemm l-ebda telefonata, għallinqas minn dak li ġie żvelat s’issa, fejn Paratici jew xi ħaddieħor mit-tim Juventin talab xi tip ta’ tbagħbis tar-riżultati tal-eżami ta’ Suarez.

Matthew Scerri

Paratici qed jaħdem biex iġib lil Emerson Palmieri ma’ Juventus

Wara l-akkwist ta’ Morata, qed jissemma li Juventus qed jaħdmu biex jiksbu mingħand Chelsea lil Emerson Palmieri. Qed jingħad li Juventus ipproponew lil Chelsea trasferiment b’self għal sena bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

Żewġ timijiet qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni ta’ Khedira

Apparti Manchester United, allegatament anki PSG jinsabu interessati li jiffirma lil Sami Khedira. Iż-żewġ timijiet qed jistennew li l-ewwel Khedira jinħall mill-kuntratt li jorbtu ma’ Juventus u wara, meta jkun free-agent, lesti joffrulu kuntratt. L-interess min-naħa ta’ klabbs importanti mix-xena Ewropea tista’ tkun inċentiv qawwi biex Khedira jilħaq ftehim ma’ Juventus sabiex ikun itterminat konsenswalment il-kuntratt.

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tat-2 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 26 ta’ Settembru 2020, 3.00 p.m.

Torino-Atalanta: Irrati

Is-Sibt 26 ta’ Settembru 2020, 6.00 p.m.

Cagliari-Lazio: Massa

Sampdoria-Benevento: Dionisi

Is-Sibt 26 ta’ Settembru 2020, 8.45 p.m.

Inter-Fiorentina: Calvarese

Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, 12.30 p.m.

Spezia-Sassuolo: Ghersini

Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, 3.00 p.m.

Verona-Udinese: Volpi

Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, 6.00 p.m.

Crotone-Milan: Pairetto

Napoli-Genoa: Sacchi

Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, 8.45 p.m.

Roma-Juventus: Di Bello

It-Tnejn 28 ta’ Settembru 2020, 8.45 p.m.

Bologna-Parma: Valeri

Matthew Scerri

Lura magħkom!

Fl-aħħar nistgħu mill-ġdid nibdew inwasslulkom l-aħbarijiet minn din il-website. Fil-jiem li għaddew kellna problemi tekniċi u kien għalhekk ma stajniex nippubblikaw xejn ġdid. Il-professjonisti li ħadmu biex isolvu dawn il-problemi llum tawna l-go-ahead li nistgħu nerġgħu nibdew inwasslulkom l-aħbarijiet dwar il-Club tagħna u Juventus. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.

Matthew Scerri

Filmat: Il-gowls kollha ta’ Morata ma’ Juventus (s’issa)

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (24 ta’ Settembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-24 ta’ Settembru 2020.

De Sciglio mill-ġdid fil-mira ta’ Barcellona

Mattia De Sciglio jista’ jsellem daqt lil Juventus biex jingħaqad ma’ Barcellona. Fil-fatt il-klabb Spanjol jinsab fil-proċess li jbigħ lil Semedo u minfloku qed jikkunsidraw serjament li jiksbu lil De Sciglio.

Matthew Scerri

Storari lura ma’ Juventus

Wara xhur nisimgħu u naqraw dwaru, tħabbar uffiċjalment li Marco Storari se jkun qed jaħdem mill-ġdid għal Juventus b’kariga ta’ uffiċċjal tal-klabb. It-titlu tal-kariga tiegħu hi Professional’s Talent Development, li fi ftit kliem ifisser li se jkun responsabbli li jsegwi lit-talenti Juventini u jgħinhom jimmaturaw mil-lat uman u professjonali.

Matthew Scerri