Jiem ta’ deċiżjonijiet iebsa biex indawru l-folja

Issa li niżel is-siparju fuq is-Serie A u l-istaġun 2022/23, l-attenzjoni ddur fuq il-ħidma ta’ tiġdid fi ħdan Juventus bil-għan li mis-sena d-dieħla l-Bianconeri jirnexxilhom idawru l-folja wara tliet snin deludenti.

Il-punti prinċipali li dwarhom qed nisimgħu u naqraw ħafna huma l-ħatra ta’ Direttur tal-iSports u l-konferma jew bidla tal-kowċ.

Nafu li Cristiano Giuntoli qed jissemma ħafna li jsita’ jkun id-Direttur tal-iSports ta’ Juventus. Hu jidher li se jitlaq lil Napoli għalkemm, minħabba li għadu marbut b’kuntratt mat-tim ta’ De Laurentis, hu jrid qabel xejn jinħall mill-kuntratt li għandu bħalissa. De Laurentis mhux se jħallih jitlaq malajr, speċjalment minħabba li jrid jingħaqad ma’ rivali ta’ Napoli. Madankollu hemm indikazzjonijiet tajba li finalment Giuntoli jista’ jsib ftehim ma’ Napoli biex jitlaqhom. F’każ li Juventus ma jirnexxilhomx jiksbu s-servizzi ta’ Giuntoli, l-idea hi li jaħtru lil Manna li diġà għandu l-kariga ta’ DS tan-NextGen.

Niġu għall-kapitlu Allegri. Il-konferma tiegħu mhix marbuta mar-riżultati li ma kisibx fil-grawnd. Il-kwistjoni kollha hi li Allegri fadallu sentejn kuntratt (b’paga ta’ 7 miljuni + 2 miljuni bonuses). Juventus jidhru disposti li jibdlu l-kowċ u allegatament kien hemm xi kuntatti ma’ Allegri innifsu biex jilħqu ftehim miegħu ħalli jieħu somma flus u jwaqqa’ l-kuntratt. Allegri ċaħad dawn il-kuntatti imma, ngħiduha kif inhi, ma kienx se jikkonfermahom pubblikament lanqas. Ta’ min jirrimarka li tmint’ijiem ilu Allegri kien qal li fil-5 ta’ Ġunju kien se jitkellem mad-diriġenza ta’ Juventus dwar il-futur, mentri lbieraħ il-verżjoni nbidlet u issa qed jgħid li qed jistenna lil Calvo jgħid x’se jkun il-futur. L-impressjoni hi li Juventus qed jikkunsidraw serjament x’għandu jsir u l-fatt li mhux qed ikollhom laqgħat ma’ Allegri biex jippjanaw il-futur, jindika li qed jikkunsidraw serjament bidla fit-tmexxija tat-tim. Hemm ħafna flus fin-nofs u Juventus jistgħu jibdlu l-kowċ biss jekk Elkann japprova l-bidla tal-kowċ bil-konsegwenzi ekonomiċi kbar li ġġib magħha (prattikament fis-sentejn li ġejjin Juventus iridu jibqgħu jħallsu lil Allegri u l-kowċ il-ġdid!). Intant qed jissemmew ħafna sostituti għal Allegri: Tudor, Italiano, Conte, Sergio Conceicao u oħrajn.

Irid ikollna ftit paċenzja sew biex insiru nafu min se jkun id-DS u l-kowċ ta’ Juventus għall-istaġun li ġej. Konvinti li l-gazzetti se jkunu qed jirrapurtaw minn kollox f’dawn il-jiem. M’hemmx dubju li se naqraw u nisimgħu ħafna Giuntoli ġej – Giuntoli mhux ġej; Allegri se jitkeċċa – Allegri se jibqa’. Se jkollna rollercoaster ta’ aħbarijiet. Irid ikollna paċenzja. Did-diriġenza Bianconera qed turi li taf taħdem fis-skiet u lesta tieħu deċiżjonijiet ta’ ċertu piż. Il-kuntratti li Giuntoli u Allegri għandhom, jeħtieġu ż-żmien biex ikunu diskussi u eventwalment imwaqqa’. Ma nistgħux nippretendu li f’temp ta’ jumejn-tlieta se jisoolva kollox. Se jkun hemm bżonn iktar żmien u intant il-media se tkompli għaddejja bil-logħba sensazzjonalista tagħha. Nistennew, ħbieb, u jalla jittieħdu d-deċiżjonijiet it-tajbin għall-ġid ta’ Juventus. Ma nistgħux naffordjaw sena oħra bħat-tlieta li għaddew!

La darba nkunu nafu fiċ-ċert min se jkun id-DS u l-kowċ ta’ Juventus, inkunu mbagħad nistgħu ngħaddu għall-fażi li jmiss: il-bidliet fi ħdan it-tim. Apparti Rabiot, Di Maria u Paredes (li huma kważi ċerti li mhux se jibqħu) hemm diversi plejers oħra li jistgħu jsellmu lil Juventus. Hemm diversi plejers li kienu mislufin li jridu jinbigħu. U ovvjament hemm plejers ġodda li jridu jinxtraw.

Matthew Scerri

Spicca l-kalvarju

Fl-ahhar gie fi tmiemu dan l-istagun terribbli mil-bidu sa l-ahhar, qatt ma’ niftakar stagun dan it-tip f’hajti mimli nkwiet barra l-pitch u mimli tghaffig gewwa l-pitch.

Minn fejn naqbad nibda! Minn aspett tattiku? Ma’ rajna assolutament xejn mill-bidu sa l-ahhar, hlief konfuzjoni, nuqqas ta’ idejat, determinazzjoni, dedikazjoni, bla motivazzjoni ta’ xejn, u injuries kemm trid! Jidhol wiehed johorgu tlieta, fizika? Qatt ma’ flahna loghba bl-avversarji jigru triplu taghna.

Personalita? Assolutament xejn zero, ritratt tal-kowc b’monotonija tattika tul stagun shih b’futbol skadut li nahseb anqas fi zmien is-sittinijiet ma’ kien daqshekk difensivist u fqir, players li jilghabu ghal flokk? Tghoddom fuq subajk! Min gie maghzul habba ismu fi tmiem karriera u gie jghaddi sena jilghab meta jkollu aptit, min qam ftit wara snin ghax ser jaghlaqlu l-kuntratt biex nakkwistaw kuntratt qawwi iehor, min zmienu ghadda, ghasarnih u minghajr ghatx ghar-rebh, f’kelma wahda rizultat ta’ tlett snin jekk mhux erba jew hamsa mormijin u mohlija b’decizjonijiet hziena u orribbli.

Biex ma’ nsemmux fejn ergajna spiccajna minhabba dirigenti irresponsabli u bi President li flok zammna ghalmenu 20 sena qabel l-ohrajn fl-italja ippermetta dawn il-porkeriji u aktar u aktar dahhalna f’bahar ta’ nkwiet mal-uefa. Inutli nibqghu nirrepetu l-istess diskors.

Il-futur? Li nistghu nghidu bhalissa huwa li ghadna u ftit nemmen li ser ikollna direttur sportiv meta jidher illi l-ghazla waqghat fuq Giuntoli l-aktar persuna difficli li jillibera ruhu mill-club tieghu bi President pikuz u kiesah bhal de Laurentis, jidher li din il-gimgha se jithabbar ufficjalment Manna li tul dawn is-snin ha hsieb under 23 u next generation fejn hadem pjuttost tajjeb izda fl-opinjoni tieghi, mieghu jehtieg bniedem ta’ esperjenza u b’certu kuntatti.

Zgur li ghandna bzonn bniedem iehor ta’ immagni qawwija u nadifa li tista taghti lura immagni mportanti u nadifa lill-club biex nergghu nibnu reputazzjoni mad-dinja kollha ghaliex it-tajn li rega ntefa fuqna huwa enormi u dan jista jaffetwa hafna affarijiet minn sponsors sa players biex jigu jilghabu maghna, ghalhekk ghandna bzonn persuna li jigbdek biex tigi ma Juventus kemm biex tinvesti u kemm min biex jigi jilghab u jaghzel lil Juventus, u fl-opinjoni tieghi din hi l-persuna ma’ ghanda tkun hadd hlief Alessandro del Piero, li jekk ma’ jidholx issa fis-socjeta fl-opinjoni tieghi ma’ jiddahal qatt.

Il kwistjoni kowc! Zgur li jekk Allegri ma’ ghamel xejn tajjeb f’sentejn anzi tefghana 10 snin lura, zgur li ntih meritu li zamm certu kalma u saqqaf wiccu f’nofs dan l-inkwiet kollu u b’socjeta mkissra u zarmata. Izda jidher bic-car li zmienu spicca u jehtieg bidla kbira.

Spiccajna fil-conference league, x’taqbad tghid? Spiccajna hemm apparti l-punti mnaqqsa ghax fallejna enormita ta’ punti ahna u xejn aktar, ghaliex kieku mqar evitajna l-umiljazzjoni go Empoli qeghdin ghalmenu Europa League, naturalment ghandi dubji kbar kemm il uefa ser thallina anka fil-conference league.

Ma’ fadal xejn hlief li nistennew u minn ghada naraw kif se tagixxi s-socjeta, li hu zgur li fl-ahhar spicca dan il-kalvarju, ndawru l-pagna u nisperaw li ma’ nergawx nispiccaw qatt aktar minn dan li ghaddejna minnu, nisperaw li qatt ma’ jerga jkollna nies irresponsabli fit-tmexxija ta’ klabb prestigjuz bhall-Juventus u wisq aktar bi propjeta aktar prezenti u lesta tinvesti b’attenzjoni u serjeta.

FORZA JUVE DEJJEM

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Ġunju)

Ħarsa lura lejn l-1960 meta proprju bħal-lum Juventus kienu marru Sqallija biex jilagħbu kontra Palermo f’partita tas-Serie A. Dakinhar l-iskor finali kien ta’ 1-1. Għal Juventus skurja Sivori.

3 ta’ Ġunju … żewġ tazzi mitlufa u l-ħatra ta’ Heriberto Herrera

Id-data tat-3 ta’ Ġunju mhix waħda marbuta ma’ tifkiriet sbieħ għas-supporters Juventini. Jekk inqallbu l-kotba tal-istorja Juventina nsibu li f’did-data Juventus tilfu żewġ Finali Ewropej. Fl-1971 Juventus kienu tilfu t-Tazza tal-Fieri fir-return match tal-Finali kontra Leeds United. Dakinhar Juventus marru l-Ingilterra u ġew draw 1-1 (Clarke fetaħ l-iskor u Anastasi ġab id-draw għal Juventus). L-ewwel partita, dik f’Turin, kienet intemmet 2-2 u għaldaqstant Juventus tilfu dik il-Finali bil-gowls away. Fl-2017, imbagħad kellna l-Finali taċ-Champions League. Hi l-famuża partita ta’ Cardiff fejn Juventus tilfu 4-1 kontra Real Madrid bil-polemiki kollha li ħalliet warajha dik il-partita.

Fuq nota iktar pożittiva, insibu li fit-3 ta’ Ġunju 1964 Heriberto Herrera kien inħatar kowċ ta’ Juventus. Hu dam jokkupa dil-kariga sal-1969 u rebaħ kampjonat fl-1966-67 u Coppa Italia fl-1964-65.

Matthew Scerri