L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (9 ta’ Diċembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-9 ta’ Diċembru 2020.
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-9 ta’ Diċembru 2020.
Juventus kisbu l-ewwel post fil-grupp taċ-Champions League bl-isbaħ wirja li rajna s’issa f’dan l-istaġun. Il-Bianconeri dehru kompatti u magħqudin, b’kull plejer fil-grawnd jaf sew xi jrid jagħmel. Ronaldo rebaħ il-konfront tiegħu personali ma’ Messi. Apparti hu kulħadd lagħab tajjeb, b’mod partikolari Cuadrado u McKennie li huma dejjem iktar deċiżivi f’dat-tim. Meta nkunu kbar mal-kbar il-veru nieħdu gost!
BARCELLONA-JUVENTUS 0-3
Skurjaw: 2 Ronaldo (2 pen.) (J), McKennie (J)
Barcellona (4-2-3-1): Ter Stegen; Dest, Araujo (Mingueza), Lenglet (Umtiti), Jordi Alba (Junior Firpo); Pjanic, De Jong; Trincao (Braithwaite), Messi, Pedri; Griezmann. Kowċ: Koeman.
Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Cuadrado (Bernardeschi), McKennie, Arthur (Rabiot), Ramsey (Bentancur); Morata (Dybala), Ronaldo (Chiesa). Kowċ: Pirlo.
Referee: Stieler (Ġer).
Karti sofor: Jordi Alba (B), Ramsey (J), Lenglet (B), Morata (J), Umtiti (B), Danilo (J), Junior Firpo (B).
Matthew Scerri
Pavel Nedved u Fabio Paratici ġew sospiżi sal-21 u l-14 ta’ Diċembru rispettivament talli waqt Juventus-Torino għajtu kliem mhux xieraq fil-konfront tar-referee u l-uffiċċjali l-oħra. Nedved weħel anki multa ta’ 10,000 Ewro.
Matthew Scerri
Il-Ministru Paola De Micheli kellha l-opportunità li tagħti l-verżjoni tagħha dwar it-telefonata ta’ Paratici. Mistiedna fuq il-programm ta’ Rai 3, Che tempo che fa, il-Ministru stqarret: “Paratici talabni informazzjoni dwar il-proċedura biex tinkiseb iċ-ċittadinanza. Ma tkellimniex dwar l-eżami ta’ Suarez. Peress li m’iniex kompetenti f’dawn l-affarijiet għidt lil Paratici biex ikellem lil min hu ikkonċernat. Intlabt nagħti informazzjoni u tajt informazzjoni.”
Matthew Scerri
Fis-6 ta’ Diċembru 1953 intlagħbet il-partita tas-Serie A bejn Juventus u Roma. Dakinhar il-Bianconeri rebħu 3-0 bil-gowls ta’ Ricagni, Praest u Muccinelli.
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Torino. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.
Sors: Juventus.com
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo; Kulusevski, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Dybala, Ronaldo.
Torino (3-5-2): Sirigu; Nkoulou, Lyanco, R. Rodriguez; Singo, Meité, Rincon, Linetty, Ansaldi; Zaza, Belotti.
Malli sar magħruf li Fabio Paratici rċieva Informazione di Garanzia b’rabta mal-każ Suarez, mill-ewwel bdew ħafna spekulazzjonijiet dwar x’jistgħu jeħlu Juventus jekk Paratici jinstab ħati (jekk jinstab ħati għax s’issa ħadd għadu ma tressaq il-Qorti!). Fuq xi siti, speċjalment l-aktar dawk li huma kontra Juventus, intqal li hemm ir-riskju li Juventus jkollhom jinżlu fis-Serie B. F’dan l-istadju, għallinqas mill-akkużi li qed isiru bħalissa, jidher li m’hemm l-ebda riskju li Juventus ma jibqgħux fis-Serie A. Il-Qorti ta’ Perugia għadha trid tibda l-kumpilazzjoni tal-każ u wieħed irid jara jekk effettivament Paratici huwiex se jinstab ħati. Jista’ jkun ukoll li fil-verità hu qatt ma jitressaq il-Qorti ladarba ma jkunx hemm biżżejjed provi kontrih. Il-Qorti, jekk issib lil Paratici ħati, m’għandha l-ebda trid li twaqqa’ lil Juventus fis-Serie B. Eventwalment ikun imiss imbagħad lill-Giustizia Sportiva li tuża s-sentenza tal-Qorti biex tieħu l-passi meħtieġa fil-konfront ta’ Paratici u Juventus (li ma jkollhomx responsabbiltà diretta, imma jkollhom responsabbiltà oġġettiva għax uffiċċjal tagħhom wettaq xi ħaġa irregolari li minnha setgħu ħadu xi tip ta’ vantaġġ). Ma tantx jeżistu każijiet simili għal dak ta’ Suarez u allura diffiċli ngħidu eżattament liema huma l-passi li jistgħu jittieħdu fil-konfront ta’ Paratici u Juventus min-naħa tal-Giustizia Sportiva. Skont diversi esperti, però, kollox probabbilment se jwassal għal multa qawwija għal Juventus u sospensjoni għal diversi xhur għal Paratici.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-5 ta’ Diċembru 2020.
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo; Kulusevski, Arthur, Bentancur, Chiesa; Dybala, Ronaldo.
Torino (3-5-2): Sirigu; Izzo, Lyanco, Bremer; Singo, Meité, Rincon, Linetty, Rodriguez; Zaza, Belotti.
Sors: Calciomercato.com