Udinese-Juventus 2-2

L-istaġun 2021/22 ta’ Juventus beda b’partita fejn għal ħin twil rajna Juventus tilgħab tajjeb, iżda mbagħad fit-tieni taqsima ħarġu mill-ġdid id-difetti tal-aħħar snin. Juventus bdew tassew tajjeb u tul l-ewwel taqsima l-Bianconeri kienu nettament aqwa mill-avversarji. Dybala u Cuadrado poġġew 0-2 minn fuq. L-istorja nbidlet fit-tieni taqsima meta Szczesny għamel żewġ żbalji stupidi li wasslu biex Udinese kisbu d-draw. Fil-ħin miżjud Ronaldo skurja dak li seta’ kien il-gowl tar-rebħa biss ir-referee ħassru bil-VAR għal offside. Hemm ħafna fuq xiex nibnu, biss ċerta żbalji ma jistgħux jibqgħu jsiru. Barra minn hekk nemmnu li meta Allegri jkollu lill-plejers kollha fl-aqwa forma, l-istorja se tkun differenti.

UDINESE-JUVENTUS 2-2

Skurjaw: Dybala (J), Cuadrado (J), Pereyra (pen.) (U), Deulofeu (U)

Udinese (3-5-2): Silvestri; Becao, Nuytinck, Samir (Zeegelar); Molina, Arslan (Jajalo), Walace, Makengo (Deulofeu), Udogie (Stryger Larsen); Pereyra, Pussetto (Okaka).Kowċ: Gotti.

Juventus (4-3-3): Szczesny; Danilo, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Bentancur (Locatelli), Ramsey (Chiellini), Bernardeschi (Kulusevski); Cuadrado (Chiesa), Morata (Ronaldo), Dybala. Kowċ: Allegri.

Referee: Pezzuto.

Karti sofor: Walace (U), Szczesny, Kulusevski, Ronaldo (J).

Matthew Scerri

Injury ħafif għal Chiesa

Federico Chiesa ma bediex mal-ewwel ħdax kontra Udinese minħabba li ma jinsabx f’sikktu. Hu għandu għejja muskolari u allura Allegri ħass li ma kellux jilagħbu. Xejn gravi, milli jidher, u probabbli hi mossa prekawzjonali.

Matthew Scerri

Nedved: “Ronaldo se jibqa’ ma’ Juventus”

Qabel Udinese-Juventus, Pavel Nedved sostna li Ronaldo mhux se jilgħab mill-ewwel minuta bi qbil bejn il-plejer u l-kowc. Skontu għadna fil-bidu tal-istagun u għaldaqstant mhux kulħadd jinsab fl-aqwa forma tiegħu. Żied anki li hu fid-dmir ta’ Allegri li jagħżel dejjem l-aqwa ħdax. Hu għalhekk li Ronaldo tħalla barra mill-ewwel ħdax. Nedved temm jgħid li Ronaldo żgur se jibqa’ ma’ Juventus.

Kif x’aktarx se jilagħbu Udinese u Juventus

Udinese (3-5-2): Silvestri; Samir, Nuytinck, Becao; Udogie, Arslan, Walace, Pereyra, Molina; Pussetto, Gonzalez.

Juventus (4-3-3): Szczesny; Danilo, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Bentancur, Ramsey, Bernardeschi; Chiesa, Ronaldo, Dybala.

Sors: Sky

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Udinese

Il-plejers mgħajta minn Massimiliano Allegri għall-ewwel partita tal-kampjonat, dik kontra Udinese, huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin

Difensuri: De Sciglio, Chiellini, de Ligt, Danilo, Cuadrado, Alex Sandro, Pellegrini, Bonucci, Rugani

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Ramsey, Bernardeschi, Chiesa, Locatelli, Bentancur, Ranocchia, Kulusevski

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Kaio Jorge 

Matthew Scerri 

Illum l-aħħar partita ta’ ħbiberija tal-preseason Juventin

Illejla fis-sitta ta’ filgħaxija Juventus se jilagħbu l-aħħar partita ta’ ħbiberija tal-preseason qabel jibda l-kampjonat. Fil-JTC tal-Continassa Juventus se jilagħbu kontra t-tim Under 23. Din se tkun l-ewwel darba li Juventus se jkunu qed jilaghbu bit-tielet flokk. Barra minn hekk probabbli li naraw fl-azzjoni għall-ewwel darba lil Locatelli ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Juventus f’laqgħa mal-aġent ta’ Dybala

Jorge Antun temm il-kwarantina tiegħu wara li wasal l-Italja mill-Arġentina. Qed ikun irrapurtat li llum hu se jkollu laqgħa ma’ Cherubini biex jiddiskutu l-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala. Hemm ottimiżmu qawwi li l-partijiet jistgħu jsibu ftehim wara sentejn ta’ taħdidiet.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Frabotta misluf lil Verona

Juventus habbru li silfu lil Gianluca Frabotta lit-tim ta’ Verona, li min-naħa tagħhom għandhom id-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla. Juventus żammew ghalihom id-dritt tar-recompra ta’ Frabotta.

Matthew Scerri

Kaio Jorge-Juventus. Konferma mill-President ta’ Santos

Il-President ta’ Santos, Rueda kkonferma ma’ Estadio 97 li l-klabb tiegħu jinsab f’taħdidiet ma’ Juventus għat-trasferiment ta’ Kaio Jorge. Skontu, Santos ma ridux ibigħuh imma se jkollhom iħalluh jitlaq. Fi kliem Rueda, Santos għadhom iridu jiddeċiedu jbigħuhx issa jew inkella jżommu sa Diċembru meta jiskadilu l-kuntratt.

Matthew Scerri