Ir-riżultati tal-partiti tat-22 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Bologna-Benevento 1-1

Is-Sibt 13 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Torino-Genoa 0-0

Is-Sibt 13 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Napoli-Juventus 1-0

Is-Sibt 13 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Spezia-Milan 2-0

Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021, 12.30 p.m.

Roma-Udinese 3-0

Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Sampdoria-Fiorentina 2-1

Cagliari-Atalanta 0-1

Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Crotone-Sassuolo 1-2

Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Inter-Lazio 3-1

It-Tnejn 15 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Verona-Parma: Massimi

Matthew Scerri

Anniversarju: 14/2/1961 Sivori jirbaħ il-Ballun tad-Deheb

Bħal-lum fl-1961 Omar Sivori kien sar l-ewwel plejer Juventin li qatt rebaħ il-Ballun tad-Deheb. Dan il-filmat ifakkarna ftit min kien dan il-ġenju tal-futbol.

Napoli-Juventus 1-0

Waslet telfa oħra għal Juventus wara tliet rebħiet konsekuttivi fil-kampjonat. Għall-kuntrarju ta’ dak li rajna fis-Super Cup, did-darba Juventus niżlu b’inqas grinta fil-grawnd. Fl-Ewwel Taqsima t-tim deher slow wisq u spiss il-logħob kien ibbażat fuq azzjonijiet individwali iktar milli lagħbu kollettivament bħala tim. Napoli marru fil-vantaġġ b’penalty mogħti minn Insigne għal żball ta’ Chiellini. Fit-Tieni Taqsima t-tim Juventin deher jilgħab aħjar u għalkemm finalment kien ħaqqu minn tal-inqas id-draw, il-partita ntemmet b’Napoli jirbħu 1-0.

NAPOLI-JUVENTUS 1-0

Skurja: Insigne (pen.) (N)

Napoli (4-2-3-1): Meret, Di Lorenzo, Rrahmani, Maksimovic, Mario Rui, Bakayoko, Zielinski (Elmas), Politano (Fabian Ruiz), Insigne (Lobotka), Lozano, Osimhen (Petagna). Kowċ: Gattuso.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado (Alex Sandro), De Ligt, Chiellini, Danilo; Bernardeschi (McKennie), Bentancur (Kulusevski), Rabiot, Chiesa; Morata, Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Referee: Doveri.

Karti sofor: Di Lorenzo (N), Chiellini (J), Cuadrado (J), Bakayoko (N), Rabiot (J).

Matthew Scerri

400 partita fis-Serie A għal Chiellini

Napoli-Juventus kienet il-partita numru 400 fis-Serie A fil-karriera ta’ Giorgio Chiellini. Hu lagħab 37 partita bil-flokk ta’ Fiorentina u 363 partita ma’ Juventus. Infakkru li l-plejer li lagħab l-aktar fl-istorja tas-Serie A hu Gigi Buffon (653 partita s’issa).

Matthew Scerri

Rekord storiku għal Napoli-Juventus

Napoli-Juventus tal-lum hi partita storika. Fil-fatt din hi l-ewwel darba mill-1929 ‘l hawn, jiġifieri minn meta nħoloq il-format attwali tal-kampjonat Taljan, li partita tat-Tieni Rawnd qed tintlagħab qabel dik tal-Ewwel Rawnd. L-anomalija ta’ dis-sena hi anki li s’issa għadna ma nafux meta se tintlagħab Juventus-Napoli li kienet tħassret fl-4 ta’ Ottubru li għadda.

Matthew Scerri

Interess minn klabbs tal-Premier League f’Rabiot

Carlo Ancelotti għadu jrid b’saħħa lil Adrien Rabiot ma’ Everton skont Todofichajes.com. Jidher li hemm anki klabbs oħra mill-Premier League li qed juru interess fih. Min-naħa tagħhom Juventus jidhru li lesti jisimgħu l-offerti tal-klabbs konċernati. L-unika kundizzjoni hi li min irid jixtrih irid minn tal-inqas joffri 30 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Napoli u Juventus

Napoli (4-2-3-1): Meret, Di Lorenzo, Rrahmani, Maksimovic, Mario Rui, Bakayoko, Zielinski, Politano, Insigne, Lozano, Osimhen.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Chiellini, Danilo; Bernardeschi, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Morata, Ronaldo.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (13 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-13 ta’ Frar 2021.